Kopja Informali ta' Sentenza
Pagna 1 minn 12
Qrati tal-Gustizzja
MALTA
QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
PHILIP SCIBERRAS
Seduta tas-17 ta' Ottubru, 2008
Appell Civili Numru. 315/2006/1
David u Rosanna Ellul
vs
Flyaway Tours u b’digriet tat-12 ta’ Gunju 2006, it-
Tribunal jilqa’ t-talba u l-kliem ‘Flyaway Tours’ jinbidel
fil-kliem ‘Air Malta plc’
Il-Qorti,
Fil-31 ta’ Jannar, 2008, it-Tribunal ghal Talbiet Zghar ippronunzja s-segwenti sentenza fl-ismijiet premessi:-
“It-Tribunal
Ra l-Avviz tat-talba li bih l-atturi qed jitolbu lil dan l- Onorabbli Tribunal jikkundanna lil konvenuti ihallsu s-somma ta’ sitt mija, sebgha u sittin lira u erbatax il-centezmu (Lm667.14) rapprezentanti spejjez ta’ safra tal-Egittu li saret fl-24 ta’ Awissu sal-31 ta’ Awissu 2005, liema safra saret tramite lagenzija konvenuta, meta l-atturi kellhom joqoghdu fil-Sheraton Hotel u mhux f’El Gezirah Hotel Towers & Casino. Bl-ispejjes inkluzi dawk ta’ l-ittra bonarja datata 17 ta’ Marzu 2006.
Ra r-risposta tas-socjeta’ konvenut fejn ecepixxa illi qieghda tirrespingi l-pretensjonijiet ta’ l-atturi bhala infondati fil-fatt u fid-dritt ghas-segwenti ragunijiet: (i) Preliminarjament in-nullita’ ta’ l-avviz tat-talba stante li ma tezisti ebda kumpanija jew entita’ msejha ‘Flyaway Tours’, imma dan huwa biss isem ta’ servizz/prodott provdut minn Air Malta plc.; (ii) Preliminarjament ukoll, l-atturi naqsu li jressqu lment mal-handling agent ta’ Air Malta plc waqt is-safra in kwistjoni ai termini tal- Klawsola 23 tal-‘General Conditions’ indikati filbrochure tal-‘Flyaway Tours’ (Dok. A); (iii) Filmertu u minghajr pregudizzju ghas-suespost, lattur jridu jgibu prova tal-fatt li sofrew danni u lquantum ta’ tali danni; (iv) Sussidjarjament u minghajr pregudizzju trid issir ukoll prova tarresponsabbilita’ tal-konvenuta. Fil-qosor, wara li latturi kienu ibbukkjaw l-allogg taghhom fix- ‘Sheraton El Gezirah Hotel’, fl-Egittu, il-hotel inxtrat mill-Accor Group u nbidlilha isimha ghal ‘Accor El Gezirah Hotel Towers & Casino Cairo’. Il-hotel pero zammet l-istess facilitajiet u l-istess livell (5 star). Fil-fatt, lill-konvenuta jirrizultalha li latturi ma ghamlu ebda lment mal-hotel in kwistjoni waqt il-btala. Bl-izpejjez. Din ir-risposta qed tigi ipprezentata minn AirMalta plc stante li l-avviz tattalba wasal fl-ufficcju registrat taghha.
Ra id-Digriet ta’ dan it-Tribunal kif diversament presjedut datat 12 ta’ Gunju 2006, fejn gie ordnat illi ssir korrezzjoni fl-okkju tal-Avviz fis-sens illi minnflok il-kliem ‘Flyaway Tours’ jiddahhlu l-kliem ‘Air Malta plc’.
Sema x-xhieda ta’ l-attur David Ellul.
Sema x-xhieda tal-attrici Rosanna Ellul. Sema x-xhieda ta’ Robert Pace prodott missocjeta’ konvenuta.
Ra d-Digriet tal-4 ta’ Ottubru 2007 fejn is-socjeta’ konvenuta giet awtorizzata sabiex tipprezenta eccezzjoni ulterjuri.
Ra n-nota ta’ l-eccezzjonijiet ulterjuri tal-konvenuta fejn eccepiet illi t-talba ta’ l-atturi ghandha tigi respinta stante li l-atturi m’ghandhomx interess guridiku necessarju biex jintavolaw din il-kawza, u dan minhabba illi l-atturi qed jitolbu hlas ta’ spejjez rigwardanti safra fl-Egittu, liema spejjez ma gewx inkorsi mill-atturi izda mill-kumpanija David Interiors Limited.
Ra l-atti kollha tal-kawza u d-dokumenti kollha li gew esebiti.
Sema t-trattazzjoni tal-avukati difensuri talpartijiet.
Ikkunsidra.
Illi fl-ewwel lok, fir-rigward ta’ l-ewwel eccezzjoni sollevata mis-socjeta’ konvenuta, t-Tribunal jirrileva illi din giet sorvolata permezz ta’ korrezzjoni li giet awtorizzata b’Digriet tat-12 ta’ Gunju 2006.
Illi jirrizulta li l-atturi kienu bbukkjaw vjagg gewwa l-Egittu f’Awissu tas-sena 2005, mal-Flyaway Tours. Milli jidher l-attur kellu xi xoghol x’jaghmel gewwa l-Egittu u ghalhekk hu u martu kienu ddecidew li jaghmlu vakanza hemmhekk fl-istess hin. Peress illi l-atturi kienu gieli uzaw is-servizzi tal-hotels tal-grupp Sheraton, anki fl-Egittu stess, u peress illi kien joghgobhom is-servizz moghti minn dan il-‘chain of hotels’, huma ghazlu li jibbukkjaw il-hotel indikat bic-car fuq il-brochure tal-Flyaway Tours’ bhala ‘Gezirah Sheraton’ (5 star).
Li gara pero huwa li malli wasslu l-Egittu, l-atturi indunaw illi l-hotel li kienu bbukkjaw ma kienx hotel tal-grupp Sheraton. Huma saru jafu b’dan ghaliex fl-ewwel lok, kif spjega l-attur, issoltu lhotels tax-Sheraton ikollhom ‘shuttle buses’ taghhom stess li jigbru u jiehdu n-nies fil-lukandi taghhom mill-ajruport. Izda minnflok gie ghalihom driver b’karozza li skond huma kienet ser taqa bicciet. Mbaghad meta wasslu fil-hotel, skoprew illi l-hotel kienet xi darba tal-grupp Sheraton izda ma kienitx ghadha tifforma parti minn dan il-grupp ta’ hotels.
L-atturi fix-xhieda taghhom ilmentaw dwar isservizz tal-lukanda taghhom u partikolarment dwar l-ewwel kamra li nghatat lilhom, kif ukoll dwar l-ikel u s-servizz in generali. Huma jsostnu li kienu dizappuntati hafna minhabba dan il-fatt li l-hotel taghhom ma kienx parti mill-grupp Sheraton u lvjagg taghhom ghalhekk spicca biex kien wiehed dizastruz.
Illi permezz ta’ din il-kawza, l-atturi qedin jitlolbu li jithallsu lura l-ammont ta’ Lm667.14, liema ammont huma hallsu s-socjeta’ konvenuta u jirrapprezenta l-prezz imhallas minnhom ghallflights (Lm319.14), il-prezz ta’ l-akkomodazzjoni gol-lukanda (Lm300), kif ukoll il-prezz ghall-‘extra night’ li l-atturi hallsu lill-agent Egizzjan, Garbi Travel, sabiex setghu joqoghdu lejl ‘extra’ fillukanda (Lm48).
L-atturi fix-xhieda taghhom jikkonfermaw illi malli wasslu fil-lukanda u malli bdew il-problemi, huma mill-ewwel ghamlu kuntatt u ilmentaw mal-agent lokali indikat fil-brochure tal-Flyaway Tours stess, f’dan il-kaz ‘Gabry Travel’. Fil-fatt meta wasslu fillukanda, l-atturi inghataw kamra li kellha rieha qawwija tas-sigaretti u kellha zewg ‘twin beds’ minnflok ‘double bed’ kif kienu bbukkjaw. Huma ghalhekk ilmentaw dwar dan, u bl-ghajnuna talagent lokali, inghataw kamra ohra. Skond huma, l-atturi kienu anki cemplu l-agent lokali u lmentaw mieghu dwar diversi affarijiet ohra Dan fil-fatt gie kkonfermat kemm mix-xhieda ta’ Robert Pace prodott mis-socjeta’ konvenuta kif ukoll middokumenti ezebiti mis-socjeta’ konvenuta stess, u cioe l-kopji ta’ korrispondenza bejn l-agent lokali Gabry Travel u s-socjeta’ konvenuta, fejn l-agent lokali stess jikkonferma illi l-atturi kienu kellmuh u li kien hu li rranga sabiex ibiddlilhom il-kamra wara li kienu ilmentaw fuqha. Dan kollu jikkonferma illi l-atturi fil-fatt imxew skond il-‘General Conditions’ indikati fil-brochure tal-Flyaway Tours, u millewwel resqu l-ilmenti taghhom mal-agent lokali kif kienu obligati li jaghmlu.
Illi minn-naha taghha s-socjeta’ konvenuta pproduciet bhala xhud lil Robert Pace li huwa Manager tal-Flyaway Tours. Dan ix-xhud ikkonferma illi l-atturi kienu bbukkjaw kamra ‘double room’ fil-lukanda ‘five star’ jisimha ‘Gezirah Sheraton’ gewwa Cairo, fl-Egittu. Gie kkonfermat minnu ukoll li l-lukanda ma kenitx ghadha tifforma parti mill-grupp tal-lukandi bl-isem Sheraton meta l-atturi kienu marru joqoghdu hemm, izda kienet parti minn grupp ta’ lukandi iehor bl-isem ‘Accor’.
Ix-xhud spjega illi l-lukanda in kwistjoni kienet inbieghet lill-grupp Accor wara li gie stampat ilbrochure tal-Flyaway Tours, u ghalhekk baqghet tidher bhala lukanda tax-Sheraton. Huwa kkonferma wkoll illi meta l-atturi bbukkjaw illukanda taghhom huma kienu talbu specifikament ghal lukanda tal-grupp Sheraton. Skond hu il- Flyaway Tours saru jafu bit-tibdil minn lukanda Sheraton ghal lukanda Accor f’Settembru 2005 - wara li l-atturi ilmentaw b’dan il-fatt.
Illi fid-dawl ta’ dan kollu, t-Tribunal jidhirlu li persuna ghandha dritt li tinghata s-servizz jew prodott li tkun ghazlet a bazi ta’ reklam li jkun sar minn dik il-persuna li tkun qed tbiegh is-servizz jew prodott. Il-persuna li tkun qed tbiegh isservizz jew prodott ma tistax tirreklama tali that isem jew ditta maghrufa meta dan ma jkunx il-kaz ghaliex b’hekk tkun qed tizvija serjament il-klijent, u taghti impressjoni zbaljata jew tipprometti xi haga li m’hijiex f’pozizzjoni li tezegwixxi.
Illi llum il-gurnata kullhadd japprezza li isem partikolari bhal dak ta’ grupp ta’ lukandi huwa marbut haga wahda ma kwalita’ ta’ servizz u ‘standards’ li wiehed ghandu jippretendi minn dak l-isem. Ghalhekk it-Tribunal jidhirlu li hija haga ghal kollox ragonevoli li l-atturi xtaqu jaghzlu b’mod partikolari s-servizz u l-kwalita’ tal-grupp ‘Sheraton’.
Illi s-socjeta’ konvenuta ma tista’ bl-ebda tiggustifika l-fatt illi fil-brochure taghha hija reklamat bi kliem car lukanda partikolari bhala lukanda tal-grupp Sheraton, meta din effettivament ma kenitx. Jekk verament il-bejgh tal-lukanda reklamat minnha sar wara li gie stampat il-brochure taghha, messha almenu avzat il-klijenti taghha b’dan it-tibdil u messha ghamlitha cara li l-lukanda in kwistjoni ma kenitx ghadha tifforma parti mill-grupp Sheraton.
It-Tribunal jidhirlu li l-fatt li l-bini baqa l-istess wiehed, u li l-bejgh tal-lukanda kien sar biss ftit qabel ma marru l-atturi, jew il-fatt illi l-lukanda xorta wahda baqghet lukanda ‘five star’ bl-ebda mod ma jezonera lis-socjeta’ konvenuta millobbligu taghha li tavza lill-klijenti li dak li kien hemm imnizzel fil-brochure ma kienx ghadu validu.
Illi ghalhekk l-atturi ghandhom dritt jippretendu lura minghand is-socjeta’ konvenuta l-ammont li hallsu ghall-akkomodazzjoni taghhom. Izda minnnaha l-ohra, t-Tribunal ma jistax jaqbel mat-talba tal-atturi li jippretendu lura l-ispejjes l-ohra li huma hallsu, u cioe l-ispejjes tal-flights u tal-‘extra night’ fil-lukanda koncernata. Dan ghaliex fl-ewwel lok, l-ispejjes tat-titjiriet m’ghandhom x’jaqsmu assolutament xejn mall-problema tal-lukanda. Di piu, l-attur kellu bilfors jivvjagga sal-Egittu ghaliex kellu xi xoghol x’jaghmel u ghalhekk kellu bilfors itir sa l-Egittu u jhallas ghal dan. Mbaghad firrigward tal-ispejjes tal-‘extra night’, jekk l-atturi kienu daqshekk dizappuntati bil-lukanda ma messhom qatt hallsu ghal lejl iehor, u setghu se mai sabu akkomodazzjoni x’imkien iehor. L-atturi mhumiex intitolati jitolbu lura l-flus li huma hallsu ghal ‘extra night’ meta kienu altru milli konxji talfatt li din il-lukanda ma kenitx il-lukanda li kienu bbukkjaw.
Illi fir-rigward ta’ l-eccezzjoni ulterjuri tas-socjeta’ konvenuta, jidher illi fuq iz-zewg dokumenti RE2 u RE3 hemm indikat il-kliem ‘David Interiors Limited’. Dan pero bl-ebda mod ma jfisser illi lpagament sar minn din is-socjeta’. Fil-fatt l-attur xehed illi l-pagament sar permezz ta’ ‘cash’ li huwa hareg minn butu, u fuq id-dokumenti in kwistjoni hemm ukoll indikat il-kliem ‘cash’. Kein ikun differenti li kieku l-pagament sar permezz ta’ cekk tal-kumpanija. Ghalhekk fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja, t-Tribunal jidhirlu li ghandu jaccetta l-versjoni tal-attur illi l-pagament sar minnu stess permezz ta’ flus kontanti, u li ghalhekk l-atturi ghandhom interess guridiku sabiex jitolbu l-flus lura
Ghal dawn il-motivi, it-Tribunal jaqta u jiddeciedi billi jichad l-eccezzjonijet tas-socjeta’ konvenuta, u jilqa’ limitatament it-talba tal-atturi fis-somma ta’ sitt mija, tmienja u disghin Ewro u wiehed u tmenin centezmu (€698.81), ekwivalenti ghal Lm300. Fic-cirkostanzi, l-ispejjes tal-kawza ghandhom jigu sopportati kwantu ghal nofs millatturi u nofs l-iehor mis-socjeta’ konvenuta.”
L-obbjezzjonijiet tas-socjeta` Air Malta plc kontra din issentenza huma, in sintesi, dawn li jsegwu:-
(1) La gie stabbilit illi d-danni sofriethom ssocjeta` David Interiors Limited, u mhux l-atturi personalment, it-Tribunal kien legalment zbaljat meta cahditilha l-eccezzjoni ulterjuri tal-karenza ta’ l-interess guridiku;
(2) Ma kellhiex tigi mizmuma responsabbli u ordnata thallas danni ghal fatt li l-lukanda fl-Egittu biddlet isimha u l-gestjoni taghha bdiet issir minn management gdid (“Accor”). F’dan il-kuntest tenfasizza illi xorta wahda anke b’din il-bidla, il-lukanda baqghet wahda “5 Star Category Standard”;
(3) Il-“kwantum” tad-danni kanonizzat mhux gustifikat. Ziedet taggungi illi jekk din il-Qorti jidhrilha illi xi danni huma dovuti arbitrio boni viri dawn ghandhom ikunu f’ammont inferjuri ghal dak deciz mit-Tribunal;
Kontra r-revoka mitluba mis-socjeta` appellanti, l-atturi appellaw, sew in via principali kif ukoll, incidentalment, biex jitolbu l-varjazzjoni tas-sentenza. Dan fis-sens illi t- Tribunal ma ghamelx sewwa li ma akkordalhomx l-intier tas-somma tad-danni minnhom reklamata, u wkoll, ghaliex huma ma kellhomx jigu ordnati jbatu n-nofs ta’ l-ispejjez tal-kawza;
Fuq l-ewwel motiv ta’ aggravju tas-socjeta` konvenuta appellanti, it-Tribunal sab li la s-somma tal-booking thallset f’kontanti mill-atturi, avolja d-dokumenti relattivi rilaxxjati mis-socjeta` Air Malta kienu jindikaw lis-socjeta` “David Interiors Ltd”, l-istess atturi kellhom l-interess guridiku li jagixxu bl-azzjoni taghhom. Is-socjeta` appellanti tikkontendi illi l-konsiderazzjoni hekk maghmula mit-Tribunal mhix fondata, la fattwalment u lanqas guridikament. Fattwalment, ghaliex il-vjagg kien intiz bhala “business trip”. Guridikament, ghaliex la r-ricevuti huma intestati f’isem l-imsemmija socjeta`, din kellha tkun l-aqwa prova tal-veri kontraenti u ma setghux jingiebu provi testimonjali kontra l-miktub;
Huwa bil-wisq car minn din l-argomentazzjoni illi ssocjeta` appellanti trid tipperswadi illi dawk id-dokumenti, ghax hekk redatti u mahruga minnha, kellhom jaghmlu stat sagrosant di fronte ghall-atturi illi l-kontrattazzjoni saret bilfors mas-socjeta` David Interiors Ltd, cionostante li elementi ohra ta’ provi kienu jindikaw li l-vjagg, anke jekk intenzjonat bhala business trip, kien wiehed personali ghall-atturi. Ma hu xejn barra mill-ordinarju illi wiehed ihallas personalment pero` imbaghad l-entrati ta’ dak ilhlas, ghal ragunijiet ben notorji, iddahhalhom fil-kotba talkumpanija;
Il-Qorti ma jidhrilhiex li ghandha tissofferma fuq l-aspetti guridici ta’ l-interess guridiku, anke ghaliex in materja lgurisprudenza taghna hi wahda kopjuza. Tillimita ruhha ghall-osservazzjoni illi l-interess ta’ l-atturi f’dan il-kaz hu wkoll wiehed dirett in kwantu personali ghalihom, legittimu in kwantu konformi ghad-dritt li tieghu huma qeghdin ifittxu t-tutela minn tribunal, u fuq kollox, attwali ghax fil-mument tal-proponiment ta’ l-azzjoni minnhom l-istess dritt kien diga` jezisti. In bazi ghal dawn ir-riflessjonijiet kollha, il- Qorti qed tqis insostenibbli l-ewwel aggravju;
B’introduzzjoni ghat-tieni motiv ta’ aggravju ma jidherx li huwa kkontrastat illi l-atturi kienu, fuq ix-xelta taghhom mill-brochure tal-Flyaway Tours tal-kumpanija konvenuta, hallsu ghall-akkomodazzjoni fil-lukanda El Gezirah Sheraton. In meritu qed jigi osservat illi la l-proposta ta’ dik il-lukanda offerta b’dak il-brochure giet accettata millatturi, din l-accettazzjoni, komunikata lis-socjeta` appellanti, kienet certament tikkompleta l-kunsens talkontraenti fuq l-elementi tal-kontrattazzjoni b’mod li lpartijiet ma setghux ma jkunux vinkolati biha;
Il-fatti f’dan il-kuntest huma sew migjuba fis-sentenza appellata u mhux il-kaz li l-Qorti toqghod terga’ ttennihom. Tghaddi ghalhekk mill-ewwel biex taghmel il-kummenti taghha fuq l-ilment tas-socjeta` appellanti;
F’materja ta’ dritt relattivament ghall-obbligazzjonijiet hu sew maghruf illi l-adempiment ta’ obbligazzjoni ma jgibx mieghu, biss u sempliciment, l-ezekuzzjoni ta’ dik lobbligazzjoni izda wkoll dik tad-doveri accessorji. Ad ezempju, dik ta’ l-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni ta’ l-elementi kollha saljenti u necessarji biex dak li jkun jista’ jifforma, b’mod ezatt, preciz u tempestiv l-ideja tieghu dwar il-kontenut tal-ftehim u dik ta’ l-utilita` tieghu ghalih. Kif manifest mill-Att relattiv (Kapitolu 409) u r-regolamenti maghmula tahtu (A.L. 157/2000), fil-kaz ta’ servizzi ta’ livvjaggar, l-importanza ta’ l-ghoti tat-taghrif, filkompletezza tieghu, hi singolarment sottolinejata. Irresponsabilita` migjuba fis-sehh b’rizultat ta’ ksur ta’ dawk l-istess doveri tinsorgi mhux biss fil-kaz ta’ nuqqas ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni tac-cirkustanzi maghrufa izda wkoll, fil-hsieb tal-Qorti, anke fil-kaz ta’ cirkostanzi konoxxibbli bid-diligenza ordinarja. Dan kollu qed jigi rilevat in kwantu hu sew evidenti mill-atti illi lkumpanija appellanti kkummettiet lezjoni ta’ dan id-dover meta ommettiet li tgharraf lill-atturi illi l-lukanda fl-Egittu ma kienetx ghadha fit-termini tal-brochure, immexxija mix- Sheraton Group izda minn kumpanija ohra diversa (l- Accor);
Ankorke dik il-kumpanija l-ohra hi wkoll wahda internazzjonalment rinomata, u sew il-bini u lklassifikazzjoni tal-lukanda baqghu immutabbli, kien dejjem jinkombi fuq is-socjeta` appellanti li tinforma lillatturi fil-mument tal-kontrattazzjoni bil-bdil fl-isem tallukanda u dik tal-gestjoni taghha minn kumpanija diversa minn dik tal-ghazla taghhom. Apparti accenni li jaghmlu latturi ghal certi nuqqasijiet riskontrati minnhom fil-lukanda, id-doljanza principali taghhom tidher proprju li kienet din ossija n-non-konformita da parti tas-socjeta` appellanti mal-programm negozjali ta’ l-akkomodazzjoni;
Kif inhu sew saput, anke f’kaz fejn id-debitur ta’ obbligazzjoni ma jezegwix b’mod ezatt u fidili lprestazzjoni li jkun indahal kontrattwalment ghaliha, hu tenut ghar-rizarciment tad-danni (Artikolu 1133, Kodici Civili), ammenokke ma jipprovax li l-inadempiment avvera ruhu minhabba impossibilita` derivata minn kawza barranija dwar liema ma kienx imputabbli. Din l-ezenzjoni mill-htija ma gietx f’dan il-kaz ipprovata. Dak li invece jinsab sodisfacentement ipprovat hu illi l-kumpanija appellanti kienet fi htija ghan-nuqqas taghha li debitament, u fiz-zmien opportun, tinforma lill-atturi illi l-allogg maghzul minnhom, u assunt b’obbligu mill-istess socjeta` appellanti, ma kienx dak idoneju specifikat fil-brochure. Anke jekk il-fattispeci mhux identici ghal dawk tal-kaz prezenti, ara ghal dawk li huma certi riljevi legali ssentenza ta’ din il-Qorti tas-17 ta’ Frar, 2003 in re: “Zammit & Cachia Limited -vs- Hix Limited”. Ghal dawn ir-ragunijiet it-tieni motiv ta’ aggravju qed jitqies hu wkoll insostenibbli;
L-ahhar motiv ta’ aggravju jinsab ukoll, ghal raguni diversa, imqanqal mill-atturi, u ghalhekk jispetta li sew ilwiehed u l-iehor jigu kkonsidrati flimkien;
Sincerament, din il-Qorti ma ssib xejn x’ticcensura firragonament u l-konkluzjoni tat-Tribunal fuq il-quantum tad-danni. Pjuttost jidher li t-Tribunal zamm ekwilibriju sew fil-harsien ta’ l-interessi taz-zewg partijiet, b’tali mod li filwaqt li akkorda lill-atturi dak li fil-konkret kein jimmeritahom, fl-istess hin u konsiderazzjoni ma ghabbiex piz zejjed u mhux misthoqq fuq spallejn is-socjeta` appellanti. Ma ghandux jintnesa li, wara kollox, it-Tribunal adit hu tenut jiddeciedi principalment skond l-ekwita [Artikolu 7 (1), Kapitolu 380], u tali kien jintitolah japproda ghal soluzzjoni aktar adegwata u ekwa tal-kontroversja filkonfini tal-principju informattiv tal-materja. Mhux accettabbli bhala gustifikazzjoni la l-fatt li l-atturi ma sofrew ebda dannu ghaliex gew “upgraded” f’kamra ta’ listess binja ta’ lukanda ta’ l-istess livell, kif kontez missocjeta` appellanti, u lanqas s-sottomissjoni ta’ l-atturi illi huma kieku kienu jafu li l-akkomodazzjoni ma kienetx dik minnhom prenotata, ma kienux jaghmlu dak il-vjagg fl- Egittu. Ma hemm xejn fil-verita` x’jikkonduci ghal din ilproposizzjoni ta’ l-atturi appellati u din lanqas ma setghet tigi assunta a posteriori;
Dan iwassal ghal konsiderazzjoni tal-gravam l-iehor sollevat mill-atturi dwar il-kap ta’ l-ispejjez. Il-Qorti hi talfehma li s-sentenza appellata ma ghandhiex, kif mitlub, tigi riformata. Apparti li r-regolament tat-temperament ta’ l-ispejjez hu mholli fid-diskrezzjoni prudenzjali ta’ min hu msejjah biex jiggudika, l-ispartizzjoni saret ghab-bazi tarrebh u t-telf. Ma jidherx ghaldaqstant li tezisti raguni sufficjenti biex din il-Qorti titbieghed mill-konkluzjoni tat- Tribunal ghal mod kif dan iddecieda l-kap ta’ l-ispejjez. Ghall-motivi kollha suesposti l-appell principali tassocjeta` konvenuta qed jigi michud bl-ispejjez kontra taghha. Ugwalment, il-Qorti qed tiddeciedi fil-kaz ta’ lappell incidentali u principali ta’ l-atturi billi tichad l-istess bl-ispejjez kontra l-istess atturi. Is-sentenza appellata qeghda konsegwentement tigi konfermata in toto kemm fir-rigward tal-mertu kif ukoll fil-rigward tal-kap ta’ lispejjez. < Sentenza Finali >
---------------------------------TMIEM---------------------------------