Skip to main content

Abbażi ta’ ftehim reċiproku mar-Renju Unit, il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika se jżomm l-informazzjoni rilevanti relatata mar-Renju Unit fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, sa tmiem l-2026.

Medjaturi

L-Ingilterra u Wales

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fl-Ingilterra u Wales.

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Ingilterra u Wales
Flag of England and Wales

Kif issib medjatur fl-Ingilterra u Wales

Direttorju nazzjonali tal-medjazzjoni

Tista' ssib medjatur ċivili permezz tad-direttorju onlajn tal-Medjazzjoni Ċivili - Sib Medjatur Ċivili, li jipprovdi tagħrif dwar:

  • Medjazzjoni
  • Servizzi
  • Prezzijiet

Id-Direttorju Onlajn tal-Medjazzjoni Ċivili huwa proprjetà tal-Ministeru tal-Ġustizzja li jieħu ħsieb il-manutenzjoni tiegħu.  Il-medjaturi inklużi fid-direttorju huma akkreditati mill-Kunsill tal-Medjazzjoni Ċivili.

Direttorju tal-medjazzjoni familjari

L-għan tad-Direttorju Onlajn tal-Medjazzjoni Familjari huwa li jgħin lill-partijiet jikkuntattjaw lil medjaturi fil-lokalità tagħhom. Partijiet eliġibbli għall-għajnuna legali (finanzjament pubbliku) jistgħu jikkuntattjaw ukoll il-helpline tas-Servizz tal-Pariri Legali tal-Komunità għal aktar tagħrif dwar kif isibu medjatur lokali bit-Telefown: 0845 345 4345 Minicom: 0845 609 6677, SMS: "legalaid" u ismek lil 80010.  Wieħed jista' jieħu parir ukoll permezz tas-servizz ta' konsulent onlajn tas-Servizz tal-Pariri Legali tal-Komunità.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa bla ħlas?

Iva, l-aċċess għad-Direttorju Onlajn tal-Medjazzjoni Ċivili, id-Direttorju Onlajn tal-Medjatur tal-Familja u s-sit elettroniku tas-Servizz tal-Pariri Legali tal-Komunità huma bla ħlas.

Ħoloq Relatati

Id-Direttorju Onlajn tal-Medjazzjoni Ċivili, Id-Direttorju Onlajn tal-Medjaturi Familjari, Ara tikkwalifikax għall-għajnuna legali, Is-Servizz tal-Pariri Legali tal-Komunità,

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna