Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?
Peress li l-Ġermanja hija stat federali, il-Länder jieħdu ħsieb il-pubblikazzjoni tal-avviżi uffiċjali tagħhom stess. Huma ħolqu s-siti web tagħhom għal dan l-għan. Il-ħoloq għal xi wħud minnhom jinsabu fil-Portal tal-Ġustizzja tal-Gvern Federali u l-Länder (Justizportal des Bundes und der Länder). L-informazzjoni ta’ hawn taħt tirrigwarda biss pubblikazzjonijiet mill-gvern federali.
| Pubblikazzjoni | Forma tal-pubblikazzjoni |
| Il-Gazzetta tad-Dritt Federali (Bundesgesetzblatt) | Kopja elettronika tal-verżjoni stampata uffiċjali biss. |
| Il-Gazzetta Federali (Bundesanzeiger) |
Taqsima uffiċjali; taqsima ġudizzjarja |
| Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali (Bundessteuerblatt) | Kemm f'format elettroniku u kemm f’format stampat. |
| Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta (Gemeinsames Ministerialblatt) | Kemm f'format elettroniku u kemm f’format stampat. |
| Il-Gazzetta tat-Trasport (Verkehrsblatt) | Kemm f'format elettroniku u kemm f’format stampat. |
| Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi | F’format elettroniku biss. Verżjonijiet stampati tal-manwali uffiċjali jistgħu jinxtraw mill-bejjiegħa bl-imnut; il-Ministeru Federali tal-Finanzi ma joffrihomx f’dan il-format. |
Liema avviżi huma ppubblikati?
| Pubblikazzjoni | Tipi ta' avviżi |
| Il-Gazzetta tad-Dritt Federali | Liġijiet, trattati internazzjonali, ordinanzi, avviżi, mandati, linji gwida u ċerti deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali Federali. |
| Il-Gazzetta Federali | Regolamenti ġuridiċi, avviżi uffiċjali oħrajn, sejħiet għall-offerti, linji gwida u avviżi ġudizzjarji. L-avviżi ġudizzjarji jinkludu pubblikazzjonijiet tal-qorti li jikkonċernaw ir-reġistru tal-litiġju skont l-Att dwar il-Proċeduri bi Prova tal-Investituri Kapitali (Kapitalanleger-Musterverfahrensgesetz), notifiki pubbliċi, kawżi kriminali, taħrikiet ta' persuni u sejħiet għal dokumenti, deċiżjonijiet ta' esklużjoni, kanċellazzjonijiet ta' titoli u deċiżjonijiet oħrajn, taħrik ta' terzi, fallimenti, proċedimenti ta' insolvenza, u r-reġistru ta' xogħlijiet anonimi u psewdonimi. |
| Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali | Dispożizzjonijiet legali relatati mat-taxxa u digrieti amministrattivi, deċiżjonijiet tal-Qorti Fiskali Federali. |
| Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta | Dispożizzjonijiet legali relatati mat-taxxa u digrieti amministrattivi, deċiżjonijiet tal-Qorti Fiskali Federali. |
| Il-Gazzetta tat-Trasport | Dispożizzjonijiet uffiċjali dwar it-trasport, sejħiet għal proprjetarji ta' vetturi neqsin u ċertifikati ta' reġistrazzjoni. |
| Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi | Manwali uffiċjali: ħarsa ġenerali, f’format diġitali, lejn il-manwali uffiċjali kollha maħruġin mill-Ministeru Federali tal-Finanzi. Il-verżjoni online tal-manwali uffiċjali tipprovdi aċċess rapidu għal-liġijiet, ir-regolamenti, ir-regoli u l-gwida dwar il-perjodi ta’ valutazzjoni speċifikati. |
Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?
| Pubblikazzjoni | Korp tal-pubblikazzjoni |
| Il-Gazzetta tad-Dritt Federali | Awtoritajiet tal-gvern federali |
| Il-Gazzetta Federali | L-awtoritajiet, il-qrati u l-prosekuturi pubbliċi Federali u tal-Länder |
| Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali | Il-Ministeru Federali tal-Finanzi u l-ogħla awtoritajiet tat-taxxa fil-Länder |
| Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta | Il-ministeri federali kollha elenkati fil-paġna ta' quddiem |
| Il-Gazzetta tat-Trasport | Il-ministeri federali kollha, l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Länder |
| Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi | Il-Ministeru Federali tal-Finanzi |
L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?
| Pubblikazzjoni | Aċċess bla ħlas |
| Il-Gazzetta tad-Dritt Federali | Iva (aċċess għall-qari biss) |
| Il-Gazzetta Federali | Iva |
| Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali | Parzjalment (mhux l-iktar pubblikazzjonijiet reċenti u lanqas dawk iktar qodma) |
| Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta | Il-werrej biss |
| Il-Gazzetta tat-Trasport | It-titoli tal-avviżi uffiċjali biss (irid isir ħlas biex taċċessa l-kontenut) |
| Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi | Pubblikazzjonijiet diġitali: iva. Verżjonijiet stampati tal-manwali uffiċjali jistgħu jinxtraw mill-bejjiegħa bl-imnut; il-Ministeru Federali tal-Finanzi ma joffrihomx f’dan il-format. |
X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?
| Pubblikazzjoni | Kriterji tat-Tiftix |
| Il-Gazzetta tad-Dritt Federali |
Bla ħlas: l-ebda. Bi ħlas: tiftix tat-test sħiħ, tiftix bi kwotazzjoni, titolu, numru tas-sottotaqsima, id-data tal-ħruġ, is-sena tal-promulgazzjoni u l-parti. |
| Il-Gazzetta Federali | Terminu, parti, perjodu tal-pubblikazzjoni, tip ta' pubblikazzjoni, l-awtorità/il-qorti tal-pubblikazzjoni (taqsima amministrattiva u dik ġudizzjarja); referenza, titolu (taqsima uffiċjali); numru tal-fajl (taqsima ġudizzjarja). |
| Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali | Tip ta' taxxa, tip ta’ dokument, sekwenza tar-regoli, id-data, in-numru tal-fajl, in-numru tad-dokument, il-Land, is-suġġett/il-prinċipju ewlieni, referenza. |
| Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta | Edizzjoni, numru tal-paġna, is-sena u tiftixa ta' test sħiħ. |
| Il-Gazzetta tat-Trasport | Il-qasam, it-titolu, termini ta' tiftix, id-data, in-numru tar-regolament. |
| Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi | Tiftix ta’ test sħiħ u werrej li tista’ tikklikkja fuqu. |
Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?
| Pubblikazzjoni | L-ewwel data disponibbli |
| Il-Gazzetta tad-Dritt Federali |
Il-verżjoni elettronika tal-Ewwel Taqsima tal-Gazzetta tad-Dritt Federali ilha tkun disponibbli fl-istess waqt tal-verżjoni stampata mill-1998; il-verżjoni elettronika tat-Tieni Taqsima tal-Gazzetta tad-Dritt Federali ilha tkun disponibbli fl-istess waqt tal-verżjoni stampata mill-1999 |
| Il-Gazzetta Federali |
Pubblikazzjonijiet individwali mit-30 ta' Awwissu 2002 'il quddiem. |
| Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali | Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1992 'il quddiem. |
| Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta | Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1950 'il quddiem. |
| Il-Gazzetta tat-Trasport | Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1947 'il quddiem. |
| Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi |
Manwal tat-Taxxa fuq l-Introjtu: ilu disponibbli f’format elettroniku mill-2017. |
It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?
| Pubblikazzjoni | Tiftix awtomatiku | Data miftuħa |
| Il-Gazzetta tad-Dritt Federali | Le | Le |
| Il-Gazzetta Federali | Bħala servizz ta’ informazzjoni bi ħlas biss | Le |
| Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali | Le | Le |
| Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta | Le, id-data tal-pubblikazzjoni għall-edizzjoni li jmiss biss | Le |
| Il-Gazzetta tat-Trasport | Le | Le |
| Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi | Le |