Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?
L-applikazzjoni InfoDeska hija l-avviżiera elettronika tal-Ministeru tal-Ġustizzja.
X’tip ta’ avviżi jiġu ppubblikati?
Avviżi importanti li għandhom x’jaqsmu ma’ proċeduri tal-qorti.
L-avviżi ta’ liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati?
Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka, il-qrati, l-Uffiċċji tal-Prosekutur Pubbliku.
L-aċċess għall-avviżi uffiċjali huwa mingħajr ħlas?
Iva.
X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?
It-tiftica bażi hija mill-organizzazzjoni li tkun ħarġet id-dokument (il-Ministeru tal-Ġustizzja, il-qrati, l-Uffiċċji tal-Prosekutur Pubbliku).
Fl-avviżiera ta’ qorti partikolari, imbagħad, wieħed ikun jista’ jfittex skont is-suġġett, id-data tal-pubblikazzjoni, ir-referenza tal-kawża.
Minn liema data l-avviżi uffiċjali huma disponibbli f’format elettroniku?
L-applikazzjoni InfoDeska fiha dokumenti ppubblikati wara l-1 ta’ Jannar 2009.
It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u n-notifiki jistgħu jintbagħtu meta jintlaħqu l-kriterji?
Iva, f’Moje InfoDeska huwa possibbli li tabbona għal twissijiet bil-posta elettronika għal dokumenti ġodda.
L-avviżi uffiċjali huma disponibbli b’xejn bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn nista’ nsib ir-repożitorju u/jew l-informazzjoni teknika?
L-avviżi uffiċjali mhumiex disponibbli b’xejn bħala data miftuħa.