Skip to main content

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar

Malta
Il-kontenut ipprovdut minn
Malta
Flag of Malta

Introduzzjoni

It-Tariffi applikabbli għal din il-proċedura huma s-segwenti:

Tariffa A tat-Tieni Skeda tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 380.01, Regoli dwar Tribunal Għal Talbiet Zgħar.

Art. 2 tat-Tariffa B tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.

Il-pagament tal-miżati tar-reġistru ma jistax isir b’mod elettroniku.

X’tariffi huma applikabbli?

Formola A – Formola tat-Talba

Formola Ċ – Formola ta’ Risposta

Formola D – Ċertifikat dwar sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Zgħar

Kemm għandi nħallas?

Formola A – Formola tat-Talba: EUR 40,00 miżata tar-Reġistru u EUR 7,20 għan-notifika ta’ kull konvenut.

Formola Ċ – Formola ta’ Risposta: EUR  25,00 miżata tar-Reġistru u EUR  7,20 għan-notifika

Formola D – Ċertifikat dwar sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Zgħar: EUR 20,00 miżata tar-Reġistru

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Il-Formola ma tiġix ipproċessata sakemm isir il-pagament.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Wieħed jista’ jħallas il-miżati tal-qorti fil-kont bankarju segwenti:

Isem id-Detentur tal-Kont

L-AĠENZIJA DWAR IS-SERVIZZI TAL-QRATI

IBAN (Kont tal-Bank Internazzjonali)

MT94VALL22013000000050011428265

Ċavetta tal-Bank Nazzjonali

KODIĊI SORT 22013

Numru tal-Kont

50011428265

Kodiċi BIC/SWIFT

VALLMTMT

Isem tal-bank

BANK OF VALLETTA

L-indirizz tal-bank

IL-FERGĦA TAL-BELT VALLETTA
STRADA RJALI
VALLETTA

Munita tal-kont

EURO

X'għandi nagħmel wara l-ħlas?

Tipproduċi riċevuta mogħtija mill-Bank li permezz tiegħu tkun saret it-tranżazzjoni

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna