Skip to main content

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar

Olanda
Il-kontenut ipprovdut minn
Olanda
Flag of Netherlands

Introduzzjoni

It-talbiet skont il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar (ir-Regolament (KE) Nru 861/2007, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009) għandhom jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni taħt ir-regoli ordinarji tal-ġurisdizzjoni ratione loci permezz tal-Formola A. Il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar hija mfassla sabiex tissimplifika u tħaffef it-talbiet transfruntiera sa massimu ta’ EUR 5 000. Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-UE, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija disponibbli għal-litiganti bħala alternattiva għall-proċeduri li jeżistu skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Sentenza mogħtija fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija rikonoxxuta u eżegwibbli fi Stat Membru ieħor mingħajr il-ħtieġa ta’ dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà u mingħajr ebda possibbiltà ta’ oppożizzjoni għar-rikonoxximent tagħha.

Il-formoli standard għall-proċedura għal talbiet żgħar tfasslu bil-lingwi kollha tal-UE. Il-Formola A trid timtela biex tinbeda l-proċedura. Kwalunkwe dokument ta’ sostenn rilevanti, bħal riċevuti u fatturi għandu jiġi mehmuż mal-formola.

L-unika raġuni għalfejn l-eżekuzzjoni fi Stat Membru ieħor tista’ tiġi miċħuda hija jekk ma tkunx kompatibbli ma sentenza oħra fl-Istat Membru l-ieħor li ngħatat bejn l-istess partijiet. L-eżekuzzjoni sseħħ skont ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali tal-Istat Membri fejn se tiġi eżegwita s-sentenza.

Liema tariffi japplikaw?

L-ammont tat-tariffi tal-qorti jiddependi mill-ammont tat-talba jew applikazzjoni. Ara wkoll: Kemm għandi nħallas?

Kemm għandi nħallas?

It-tariffi applikabbli għall-2024 huma mqassma kif ġej:

In-natura jew l-ammont tat-talba jew applikazzjoni Tariffi tal-qorti għal persuni ġuridiċi Tariffi tal-qorti għal persuni fiżiċi Tariffi tal-qorti għal dawk li m’għandhomx mezzi

Kawżi marbuta mat-talba jew applikazzjoni:

- Ta’ ammont indeterminat, jew

- Li jinvolvi ammont ta’ mhux aktar minn

EUR 500

EUR 130 EUR 87 EUR 87

Kawżi marbuta mat-talba jew applikazzjoni li jinvolvu ammont ta’ aktar minn:

EUR 5 000 u mhux aktar minn EUR 12 500

EUR 524 EUR 248 EUR 87

Għal aktar informazzjoni dwar it-tariffi applikabbli, jekk jogħġbok ara Rechtspraak.nl (Sistema ġudizzjarja tan-Netherlands).

X’jiġri jekk ma nħallsx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

It-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu bil-quddiem. Jekk il-ħlas ma jsirx wara xahar (1), il-kawża tiġi miċħuda u ma tipproċedix.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Il-fattura mibgħuta tista’ titħallas permezz ta’ trasferiment (elettroniku jew mod ieħor).

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Wara l-ħlas, il-konvenut jiġi notifikat u jintalab jimla l-formola u jibgħatha.

Ħoloq relatati

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

Formola A

Rechtspraak.nl

Bord tal-Għajnuna Legali (Raad voor Rechtsbijstand)

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna