Skip to main content

Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Awstrija

Din il-parti tal-portal tagħti introduzzjoni qasira għar-reġistru tal-insolvenza tal-Awstrija.

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija
Flag of Austria

X’informazzjoni fih ir-reġistru tal-insolvenza?

Ir-reġistru tal-insolvenza Awstrijak, imsejjaħ “Insolvenzdatei”, huwa proprjetà tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u miżmum minnu. Dan għandu informazzjoni dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza u l-passi proċedurali prinċipali fil-proċess.

Ir-reġistru huwa ppubblikat taħt l-intestatura Ediktsdatei.

L-aċċess għal dan ir-reġistru huwa mingħajr ħlas?

Iva.

Kif tfittex ir-reġistru tal-insolvenza Awstrijak

Informazzjoni dettaljata hija disponibbli, bil-Ġermaniż biss, fuq is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja, taħt l-intestatura Ediktsdatei [bażi tad-data dwar avviżi legali].

L-istorja tar-reġistru tal-insolvenza

Ir-reġistru tal-insolvenza Awstrijak ilu jinżamm mill-1999.

Links relatati

L-organizzazzjoni tal-qrati – l-Awstrija

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna