X’jinkludi r-reġistru ta' insolvenza?
Ir-reġistru ta' insolvenza elettroniku jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
- In-numru tal-każ tal-insolvenza
- L-identifikazzjoni tal-qorti fejn kien jew ikun qiegħed jinstema’ l-każ ta’ insolvenza
- L-identifikazzjoni tal-persuna insolventi
- L-identifikazzjoni tal-amministratur għall-insolvenza
- Il-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni tat-talbiet
- Id-data li fiha kienet iddikjarata l-insolvenza
Ir-reġistru elettroniku jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-każijiet ta’ insolvenza (ara hawn taħt).
Hemm xi ħlas għall-konsultazzjoni tar-reġistru ta' insolvenza Portugiż?
Le, il-konsultazzjoni tar-reġistru ta' insolvenza hija mingħajr ħlas.
Leġiżlazzjoni dwar ir-reġistru ta' insolvenza
Ir-reġistru ta' insolvenza Portugiż huwa regolat bl-Artikolu 38 tal-Código da Insolvência e da Recuperação de Empresas (Kodiċi tal-Insolvenza u tal-Irkupru Korporattiv), adottat bid-Digriet Amministrattiv Nru 53/2004 tat-18 ta’ Marzu 2004, kif emendat.