X'joffri s-Servizz tal-Insolvenza ta' Malta?
Is-Servizz tal-Insolvenza ta' Malta joffri dettalji dwar kawzi fil-Qrati Maltin dwar insolvenza ta' kumpaniji jew falliment ta' individwi kif ukoll dettalji dwar informazzjoni li jirċievi r-Reġistratur tal-Kumpaniji dwar dikjarazzjonijiet ta' insolvena mid-diretturi ta' kumpaniji fi stat ta' insolvenza.
L-aċċess għal dan ir-Reġistru huwa mingħajr ħlas?
L-aċċess għal dan ir-Reġistru huwa mingħajr ħlas u r-Reġistru huwa aċċessibbli minn din il-link:
https://ecourts.gov.mt/onlineservices/Insolvencies
Kif tfittex fir-Reġistru tal-Insolvenza?
Tista' tfittex fir-Reġistru tal-Insolvenza jew bl-isem tad-debitur jew bin-numru tal-Karta tal-Identita' tiegħu jew bin-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija.
L-istorja tas-Servizz tal-Insolvenza ta' Malta
Qabel ma sar dan ir-Reġistru tal-Insolvenza, l-informazzjoni dwar kumpaniji fi stat ta' insolvenza kienet tinzamm mir-Reġistratur tal-Kumpaniji filwaqt li l-informazzjoni dwar kawzi ta' insolvenza u ta' falliment kienet tinzamm mill-Qorti. L-informazzjoni mizmuma mill-Qorti kienet tiġi ppublikata fil-website fejn tiġi ppublikata informazzjoni dwar il-kawzi in ġenerali. Ir-Reġistru tal-Insolvenza sar aċċessibbli għall-pubbliku f'Jannar 2018 u fih dettalji dwar insolvenza u falliment li jmorru lura għall-1 ta' Jannar 2014.