Lingwi li bihom jistgħu jintbagħtu r-rikorsi
Il-Bord tal-Kumpens (‘Erstatningsnævnet’) jaċċetta d-Daniż jew l-Ingliż għat-talbiet fid-Danimarka.
Id-Danimarka kkonkludiet Konvenzjoni Lingwistika mal-pajjiżi Nordiċi l-oħrajn, jiġifieri l-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvezja u skont din il-Konvenzjoni, iċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi jistgħu jużaw il-lingwa tagħhom f'pajjiż Nordiku ieħor. Il-lingwi inklużi fil-Konvenzjoni huma d-Daniż, il-Finlandiż, l-Iżlandiż, in-Norveġiż u l-Iżvediż.
Formoli ta' rikors għall-kumpens
Fis-sit tal-Bord, http://www.erstatningsnaevnet.dk/, taħt it-tab "Selvbetjening", issib bosta formoli, fosthom formola għal talba kemm bid-Daniż u kemm bl-Ingliż.