Lingwi li bihom jistgħu jintbagħtu r-rikorsi
Ir-rikorsi jridu jsiru biċ-Ċek.
Formoli ta' rikors għall-kumpens
Ir-rikorsi jistgħu jsiru billi tintuża l-formola li tinstab fis-sit web tal-Ministeru għall-Ġustizzja Ċek. Madankollu, l-użu tal-formola ma huwiex obbligatorju u l-proċedura tar-rikors tista’ tinbeda abbażi ta’ kwalunkwe att li b’mod ċar jitlob l-għoti ta’ assistenza monetarja lill-vittma ta’ reat.