Lingwi li bihom jistgħu jintbagħtu r-rikorsi
Skont l-Artikolu 11(1), il-Lussemburgu jaċċetta l-lingwi li ġejjin:
- il-Lussemburgiż,
- il-Franċiż u
- l-Germaniż.
Formoli ta' rikors għall-kumpens
Fil-Lussemburgu, il-persuni li qegħdin jitolbu kumpens mhumiex meħtieġa jimlew formula speċifika.
Il-vittmi ta’ reat jeħtieġu biss jibagħtu ittra li jkollha mniżżel id-data, il-post u d-dettalji tar-reat.
Huma għandhom jehmżu kopji tad-dokumenti kollha f’sostenn tat-talba ta’ kumpens tagħhom (il-kopja tar-rapport tal-pulizija, kwalunkwe deċiżjoni tal-qorti li setgħet ingħatat, id-dokumenti ta’ sostenn li jipprovaw l-inkapaċità għax-xogħol, id-diżabbiltà permanenti, iż-żieda fl-ispejjeż jew it-tnaqqis fid-dħul tagħhom, u dokumenti li jiddeskrivu d-diżabbiltà tagħhom, biex jiżguraw li huma jirċievu kumpens effettiv u adegwat mit-trasgressur).