Lingwi li bihom jistgħu jintbagħtu r-rikorsi
It-talbiet għal kumpens iridu jiġu ppreżentati bis-Sloven.
Formoli ta' rikors għall-kumpens
It-talbiet għal kumpens iridu jiġu ppreżentati fil-formola stabbilita u jridu jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni. Il-formola tinsab fis-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-formoli għall-membri tal-minoranzi nazzjonali huma disponibbli bħala traduzzjonijiet mhux uffiċjali bit-Taljan u bl-Ungeriż.
Il-formola hija disponibbli bl-Ingliż ukoll (ara taħt), imma għal finijiet ta' informazzjoni biss; talba għal kumpens trid tiġi ppreżentata bis-Sloven.