Skip to main content

Abbażi ta’ ftehim reċiproku mar-Renju Unit, il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika se jżomm l-informazzjoni rilevanti relatata mar-Renju Unit fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, sa tmiem l-2026.

Sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali - Ir-Regolament Brussell I

Ġibiltà
Ġibiltà
Flag of Gibraltar

L-Anness I – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(2)

- fir-Renju Unit: regoli li jawtoriżżaw ġurisdizzjoni bbażata fuq:

(a) id-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti illi jkun ġie servut fuq il-konvenut matul il-preżenza temporanja tiegħu fir-Renju Unit; jew

(b) il-preżenza fir-Renju Unit ta’ propjetà li tappartjeni lil-konvenut; jew

(ċ) is-sekwestru mill-attur ta’ propjetà li tkun tinsab fir-Renju Unit.

L-Anness II – Il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti li quddiemhom tista' titressaq l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 39

- fil-Ġibiltà, il-Qorti Suprema tal-Ġibiltà, jew fil-każ ta’ ġudizzju ta’ manteniment, il-Qorti tal-Maġistrati dwar ir-trasmissjoni mill-Avukat Ġenerali tal-Ġibiltà.

L-Anness III – Il-qrati li quddiemhom jistgħu jitressqu l-appelli msemmija fl-Artikolu 43(2)

- f’Ġibiltà, il-Qorti Suprem ta’ Ġibiltà, jew fil-każ ta’ sentenza ta’ manteniment, il-Qorti tal-Maġistrati.

L-Anness IV- L-appelli li jistgħu jitressqu skont l-Artikolu 44

- b’appell waħdieni ieħor fuq punt tal-liġi.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna