L-Anness I – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(2)
L-Artikolu 54 tal-Att dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Konflitt tal-Liġijiet ma’ Regolamenti ta’ Pajjiżi Oħra f’Relazzjonijiet Speċifiċi (Zakon o rješavanju sukoba zakona s propisima drugih zemalja u određenim odnosima);
L-Anness II – Il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti li quddiemhom tista' titressaq l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 39
Il-qrati Muniċipali (općinski sudovi; sing. općinski sud) f’materji ċivili u l-Qorti Ċivili Muniċipali f’Zagreb (Općinski građanski sud u Zagrebu) u l-qrati kummerċjali (trgovački sudovi; sing. trgovački sud) f’materji kummerċjali;
L-Anness III – Il-qrati li quddiemhom jistgħu jitressqu l-appelli msemmija fl-Artikolu 43(2)
F’materji ċivili l-appelli jistgħu jitressqu quddiem il-qrati kompetenti tal-Kontea (županijski sudovi; sing. županijski sud) permezz tal-qrati Muniċipali kompetenti, filwaqt li f’materji kummerċjali l-appelli għandhom jitressqu quddiem il-Qorti Kummerċjali Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki trgovački sud Republike Hrvatske) permezz tal-qrati kummerċjali kompetenti.
L-Anness IV- L-appelli li jistgħu jitressqu skont l-Artikolu 44
Appell għandu jitressaq quddiem il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja (Vrhovni sud Republike Hrvatske).