Skip to main content

Sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali - Ir-Regolament Brussell I

Malta
Malta
Flag of Malta

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta' Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali - Ir-Regolament Brussell I
* input mandatarju

L-Anness I – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(2)

- f'Malta: l-Artikoli 742, 743 u 744 tal -Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili — Kap. 12 u l-Artikolu 549 tal-Kodiċi tal-Kummerċ — Kap. 13.

L-Anness II – Il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti li quddiemhom tista' titressaq l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 39

- f'Malta, il-‘Prim' Awla tal-Qorti Ċivili’ jew ‘Qorti tal-Maġistrati ta' Għawdex fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha’, jew, fil-każ ta' xi deċiżjoni ta' manteniment, ir-‘Reġistratur tal-Qorti’ fuq trasmissjoni mill-‘Ministru responsabbli għall-Ġustizzja’.

L-Anness III – Il-qrati li quddiemhom jistgħu jitressqu l-appelli msemmija fl-Artikolu 43(2)

- Il-Qorti ta' l-Appell skond il-proċedura stipulata għall-appelli fil- Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili — Kap.12

L-Anness IV- L-appelli li jistgħu jitressqu skont l-Artikolu 44

- f'Malta, ma hemmx appell ieħor lil xi qorti oħra; fil-każ ta' sentenza dwar il-manteniment il-‘Qorti ta' l-Appell’ skond il-proċedura stipulata għall-appelli fil-‘kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili — Kap. 12’.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna