L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)
Fir-Repubblika Ċeka huma l-qrati distrettwali [okresní soudy].
L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50
Jistgħu jintużaw biss miżuri ta’ rimedju straordinarji, jiġifieri:
- kawża għall-annullament [zmatečnost];
- kawża sabiex jerġgħu jinfetħu l-proċedimenti [žaloba na obnovu řízení];
- rieżami ta’ appell [dovolání].
Il-proċeduri kollha ta’ appell straordinarju elenkati għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti li ħadet id-deċiżjoni fuq il-kawża fl-ewwel istanza.
L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)
Ma hemm l-ebda awtorità ta’ dan it-tip fir-Repubblika Ċeka.