L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)
Għal deċiżjoni fuq it-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà: il-qorti tal-ewwel istanza, b’mod aktar speċifiku l-qorti tal-familja (“tribunal de la famille”).
Dwar ir-rikorsi dwar id-deċiżjonijiet mogħtija għal dawn it-talbiet:
- biex issir oġġezzjoni: il-qorti tal-ewwel istanza, b’mod aktar speċifiku l-qorti tal-familja (“tribunal de la famille”);
- għal appell: Il-Qorti tal-Appell (“Cour d'appel”).
L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50
Id-deċiżjoni meħuda fl-appell hija soġġetta biss għal rieżami quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (“Cour de Cassation”).
L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)
L-ebda awtorità oħra fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 3(2).