Skip to main content

Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati

Portugall
Portugall
Flag of Portugal

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Portugal
Il-Liġi tal-Familja – Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati
* input mandatarju

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qrati jew l-awtoritajiet b’kompetenza fuq rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 4491) huma kif ġej:

- is-sezzjoni ċivili lokali (juízo local cível), jekk teżisti; jew

- is-sezzjoni ġenerali (juízo de competência genérica) tal-qorti distrettwali (tribunal de comarca) li għandha ġuriżdizzjoni.

Skont l-Artikolu 49(2), l-appelli minn deċiżjonijiet fuq dawn ir-rikorsi jistemgħu mill-qrati tal-appell ((Tribunais da Relação).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Għall-għanijiet tal-Artikolu 50, deċiżjoni mogħtija fl-appell tista’ tiġi kkontestata biss permezz ta’ appell fuq punt ta’ liġi (recurso de revista) quddiem il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (Supremo Tribunal de Justiça).

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Ma japplikax.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna