Informazzjoni ġenerali
Inti mħallef jew awtorità oħra li għandek x'taqsam mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali, u għandek bżonn l-għajnuna f'kawża transfruntiera?
Dawn li ġejjin huma eżempji ta' kif il-punti ta' kuntatt jistgħu jassistuk:
- Isaqsu dwar l-istatus attwali ta' talba għall-kooperazzjoni ġudizzjarja (pereżempju n-notifika ta' dokumenti jew il-ġbir ta' evidenza)
- Jagħtuk l-informazzjoni sabiex tkun faċilitata l-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat Membru ieħor li tkun applikabbli skont strument tal-Unjoni jew internazzjonali
- Ifittxu soluzzjonijiet għal diffikultajiet li jinqalgħu meta ssir talba għal kooperazzjoni ġudizzjarja
- Jagħtuk l-informazzjoni meħtieġa għal kooperazzjoni ġudizzjarja soda bejn l-Istati Membri
- Jagħtuk informazzjoni ġenerali dwar l-istrumenti tal-Unjoni u internazzjonali marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali.
Il-punti ta' kuntatt tan-Network għandhom rwol ewlieni u huma disponibbli għall-membri tan-Network u l-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fl-Istat Membru tagħhom. Huma qegħdin ukoll għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet previsti fl-istrumenti tal-Unjoni jew internazzjonali relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili jew kummerċjali. Il-punti ta’ kuntatt jgħinu lil dawn l-awtoritajiet bil-modi kollha prattikabbli. F'termini ġenerali, dawn qegħdin f'kuntatt regolari mal-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri l-oħra.
Jekk tixtieq tikkuntattja l-punt ta' kuntatt nazzjonali tiegħek, ikklikkja hawnhekk.
Gwidi għall-prattikanti
In-NĠE-ċivili żviluppa wkoll għadd ta' pubblikazzjonijiet, notevolment gwidi għall-utenti dwar strumenti legali speċifiċi tal-Unjoni.
In-NĠE-ċivili jipprovdi firxa wiesgħa ta’ informazzjoni dwar id-dritt ċivili u kummerċjali Ewropew, nazzjonali u internazzjonali lill-prattikanti permezz ta' paġni dwar suġġetti speċifiċi, li jinsabu hawnhekk.