Laqgħat
In-NĠE-ċivili jkollu laqgħat fuq bażi regolari għall-punti ta’ kuntatt u għall-awtoritajiet ċentrali. Hawn taħt għandek issib skedi annwali reċenti tal-laqgħat tan-NĠE-ċivili:
Laqgħat fl-2023
Suġġett | Data | Post |
Laqgħa annwali | 23-24 ta’ Jannar | Brussell |
Ir-Regolament Brussell IIb | 13-14 ta’ Marzu | Brussell |
Ir-Regolamenti Brussell Ia, Ruma I u II | 20-21 ta’ April | Brussell |
Notifika ta’ dokumenti & Ir-Regolament dwar il-kumpilazzjoni tax-xhieda | 1-2 ta' Ġunju | Brussell |
Ir-Regolament dwar il-Manteniment | 4-5 ta' Settembru | Madrid |
Ir-Regolament dwar is-Suċċessjoni | 30 ta' Novembru-1 ta' Diċembru | Brussell |
Laqgħat fl-2024
Suġġett | Data | Post |
Laqgħa annwali | 29-30 ta’ Jannar | Brussell |
Ir-Regolament dwar l-Insolvenza | 20-21 ta’ Marzu | Brussell |
Proċeduri tal-UE (Regolamenti dwar Talbiet Żgħar, Ordni ta’ Ħlas Ewropea u Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet) | 25-26 ta’ April | Brussell |
Ir-Regolament Brussell IIb | 23-24 ta’ Mejju | Bruges |
Ir-Regolament dwar il-Manteniment | 16-17 ta’ Ottubru | Budapest |
Notifika ta’ dokumenti & Ir-Regolament dwar il-kumpilazzjoni tax-xhieda | 4-5 ta’ Diċembru | Brussell |
Laqgħat fl-2025
Suġġett | Data | Post |
Laqgħa annwali | 27-28 ta’ Jannar | Brussell |
Ir-Regolament Brussell Ia | 12-13 ta’ Marzu | Brussell |
Ir-Regolament dwar is-Suċċessjoni | 28-29 ta’ April | Brussell |
Ir-Regolament Brussell IIb | 17-18 ta' Ġunju | Varsavja |
Notifika ta’ dokumenti & Ir-Regolament dwar il-kumpilazzjoni tax-xhieda | 22-23 ta’ Ottubru | Brussell |
Ir-Regolament dwar il-Manteniment | 4-5 ta’ Diċembru | Brussell |
Gruppi ta’ Ħidma
Il-gruppi ta’ ħidma tan-NĠE-ċivili jiddiskutu suġġetti/kwistjonijiet speċifiċi li huma rilevanti għall-qrati, għall-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja u għall-awtoritajiet kompetenti. Huma jistgħu jiżviluppaw għodod ġodda biex itejbu jew jarmonizzaw il-kooperazzjoni ġudizzjarja.
Hawn taħt tinsab il-lista tal-gruppi ta’ ħidma attivi:
Grupp ta’ Ħidma dwar gwida prattika għar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni tax-Xhieda (ir-Regolament 2020/1783). Wara r-riformulazzjoni reċenti tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni tax-Xhieda, dan il-grupp ta’ ħidma jirrevedi l-gwida tal-prattika preċedenti, b’enfasi fuq id-diġitalizzazzjoni.
Grupp ta’ Ħidma dwar il-viżibbiltà tan-Network. Dan il-grupp ta’ ħidma jiddiskuti inizjattivi biex tittejjeb il-viżibbiltà tan-network f’dan il-qasam. L-objettiv tiegħu huwa li jiżgura li l-imħallfin, l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja li jeħtieġu l-assistenza tiegħu jkunu infurmati kompletament.
Grupp ta’ Ħidma dwar l-integrazzjoni tal-iskrivana tal-qorti fin-network. Dan il-grupp ta’ ħidma jiddiskuti diversi azzjonijiet biex jiżgura li l-persunal tal-qorti, fl-Istati Membri fejn għandu responsabbiltajiet speċifiċi fil-kooperazzjoni ġudizzjarja, ikun involut u rappreżentat b’mod adegwat fin-network.
Grupp ta’ Ħidma dwar is-Suċċessjoni (ir-Regolament 650/2012). Dan il-grupp ta’ ħidma jiddiskuti kwistjonijiet speċifiċi li jirriżultaw mill-operat tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni u jipproponi soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet identifikati.
Grupp ta’ Ħidma dwar id-diġitalizzazzjoni ta’ Brussell IIb (ir-Regolament 2019/1111). Dan il-grupp ta’ ħidma beħsiebu jistabbilixxi l-ħidma bażi diġitali meħtieġa għar-Regolament, qabel il-bidu tal-ħidma tal-Kumitat li se ssir bejn l-2026 u l-2027.
Aħbarijiet
Paġna web tan-NĠE-ċivili dwar it-Tfal Ukreni
Żur il-paġna żviluppata min-NĠE-ċivili biex issir taf iktar dwar il-ġuriżdizzjoni u r-regoli tad-dritt applikabbli li japplikaw għall-każijiet transfruntieri li jinvolvu tfal Ukreni. Hija tippreżenta wkoll ir-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ miżuri/deċiżjonijiet ġudizzjarji Ukreni, kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali. Fl-aħħar nett, għandek issib lista ta’ mistoqsijiet frekwenti u links utli. Din il-paġna hija disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE.
Gwida prattika tan-NĠE dwar ir-Regolament Brussell IIb, kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri f’każijiet transfruntieri (ir-Regolament 2019/111)
B’mod parallel mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Brussell IIb il-ġdid, in-Network ippubblika gwida prattika biex jgħin lill-qrati u lill-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja japplikaw l-istrument il-ġdid. Din tinsab online fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
Gwida prattika tan-NĠE dwar ir-Regolament dwar il-Manteniment (4/2009)
Il-gwida prattika tant mistennija dwar ir-Regolament dwar il-Manteniment hija disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE. Hija se tipprovdi gwida kruċjali lill-imħallfin u lill-operaturi kollha fil-qasam tal-ġustizzja li jittrattaw każ transfruntier li jinvolvi sostenn għat-tfal jew għall-konjuġi.