Skip to main content

5 – Reati minuri tat-traffiku fit-triq

Bulgarija

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun suspettata jew akkużata b’delitt li jiġi ttrattat bi proċess quddiem qorti kriminali. Għal informazzjoni dwar reati tat-traffiku fit-triq, li s-soltu jiġu indirizzati b’penali fissa bħal multa, ara l-Iskeda Informattiva 5. Jekk int vittma ta’ xi delitt, tista’ ssib l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija
Flag of Bulgaria

Kif jiġu riżolti reati minuri tat-traffiku fit-triq?

Reati minuri tat-traffiku fit-triq relatati mal-eċċess ta’ veloċità, parkeġġ eċċ. huma ttrattati bħala reati amministrattivi. Huma riżolti b’mod amministrattiv. Penali li jistgħu jingħataw huma multa jew projbizzjoni mis-sewqan ta’ vetturi għal perjodu ta’ żmien stabbilit. Għal reati aktar gravi, iż-żewġ penali jistgħu jkunu imposti f’daqqa.

Il-pulizija tat-traffiku huma dawk li jidentifikaw dawn ir-reati u li jagħtu s-sanzjonijiet għalihom. Tista’ tappella kontra dikjarazzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva mogħtija lilek quddiem il-qorti distrettwali rispettiva fi żmien 7 ijiem mid-data li fiha d-dikjarazzjoni tkun imwassla lilek. Għandek id-dritt li tkun defendut minn avukat. Multi li jammontaw sa BGN 50 mhumiex soġġetti għal appell.

Qorti distrettwali tista’ tikkonferma jew tikkanċella sanzjoni. Tista’ tappella kontra deċiżjoni ta’ qorti distrettwali quddiem il-qorti amministrattiva rispettiva. Id-deċiżjoni tagħha hi finali. Għal aktar tagħrif dwar il-qrati ara s-sit elettroniku tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem.

L-istess proċedura tapplika għal reati mwettqa minn ċittadini ta’ Stati Membri oħra.

Dawn ir-reati jitniżżlu fuq il-kondotta tiegħi?

Dawn ir-reati ma jitniżżlux fuq il-kondotta tiegħek.

Links relatati

Att dwar ir-Reati u s-Sanzjonijiet Amministrattivi

Att dwar it-Traffiku fit-Triq

Regolamenti dwar l-Infurzar tal-Att dwar it-Traffiku fit-Triq

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna