Skip to main content

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

Estonja
Il-kontenut ipprovdut minn
Estonja
Flag of Estonia

Jien vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

  1. Id-Dipartiment ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Bord Nazzjonali Estonjan tal-Assigurazzjoni Soċjali
  2. Iċ-ċentri ta’ appoġġ għan-nisa
  3. Il-Bord tal-Pulizija u l-Għassa tal-Fruntiera

Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi

  1. Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi: 6121360 jew 16106 (it-telefonati jitwieġbu Tne-Ġim 9.00-17.00).
  2. Hotline ta’ appoġġ għat-tfal: 16111 (għar-rapportar ta’ tfal li għandhom bżonn l-għajnuna; it-telefonati jittieħdu 24 siegħa kuljum).

L-appoġġ għall-vittmi hu mingħajr ħlas?

Iva, is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi huma mingħajr ħlas.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand is-servizzi jew l-awtoritajiet tal-istat?

Is-servizzi tal-istat ta’ appoġġ għall-vittmi jkopru dawn li ġejjin:

  1. konsulenza għall-vittmi;
  2. l-għoti ta’ assistenza lill-vittmi fil-komunikazzjoni mal-awtoritajiet tal-istat u tal-gvern lokali u mal-persuni ġuridiċi;
  3. l-iżgurar ta’ akkomodazzjoni sikura;
  4. l-iżgurar ta’ forniment tal-ikel;
  5. l-iżgurar ta’ aċċess għas-servizzi tas-saħħa neċessarji;
  6. l-għoti tal-assistenza materjali neċessarja;
  7. l-għoti tal-assistenza psikoloġika neċessarja;
  8. l-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ traduzzjoni u ta’ interpretazzjoni neċessarji biex jingħataw servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi;
  9. il-forniment ta’ servizzi oħra neċessarji għar-riabilitazzjoni fiżika u psikosoċjali tal-vittmi.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet nongovernattivi?

Il-fornituri statali ta’ servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi jistgħu jidderiġuk lejn organizzazzjonijiet nongovernattivi xierqa.

Iċ-ċentri ta’ rifuġju għan-nisa

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna