Smigħ ta' xhieda

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 1206/2001

NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.

In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!

Informazzjoni ġenerali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali jfittex li jtejjeb, jissimplifika u jaċċellera l-kooperazzjoni bejn il-qrati fil-kumpilazzjoni ta' xhieda.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kollha bl-eċċezzjoni tad-Danimarka. Bejn id-Danimarka u l-Istati Membri l-oħra tapplika l-Konvenzjoni dwar it-Teħid ta’ Provi Barra mill-Pajjiż f’Materji Ċivili jew Kummerċjali tal-1970.

Ir-Regolament jipprovdi għal żewġ modi ta' kumpilazzjoni ta' xhieda bejn Stati Membri: il-kumpilazzjoni ta' xhieda permezz tal-qorti rikjesta u l-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mill-qorti rikjedenti.

Il-Qorti Rikjedenti hija l-qorti li quddiemha il-proċedimenti jinbdew jew jiġu kontemplati. Il-Qorti Rikjesta hija l-qorti kompetenti ta' Stat Membru ieħor għall-prestazzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda. Il-Korp Ċentrali huwa responsabbli biex iforni l-informazzjoni u jfittex soluzzjoi għal kull diffikultà li tista' tinqala' fir-rigward ta' talba.

Ir-Regolament jipprovdi għal 10 formoli.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Ħoloq relatati

Gwida għall-prattika għall-applikazzoni tar-regolament dwar il-kumpilazzjoni ta’ xhieda  PDF (308 Kb) mt

L-użu tal-vidjokonferenzi biex tinkiseb xhieda f'materji ċivili u kummerċjali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001  PDF (1881 Kb) mt

Il-Konvenzjoni ta' l-Aja tat-18 ta' Marzu 1970 dwar is-Smigħ ta' Xhieda f'Pajjiż Barrani fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali

Is-sit web ARKIVJAT tal-ATLAS Ġudizzjarju Ewropew (magħluq fit-30 ta' Settembru 2017)

L-aħħar aġġornament: 01/07/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.