Skip to main content

Smigħ ta' xhieda

In-Netherlands
In-Netherlands
Flag of Netherlands

NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.

In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!

L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali

L-isem u l-indirizz tal-korp ċentrali li għandu jwettaq il-ħidmiet imniżżla fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament huma li ġejjin:

Raad voor de Rechtspraak

Kneuterdijk 1, 2514 EM Den Haag

Postbus 90613, 2509 LP 's-Gravenhage

Tel.: 070 361 9723

Feks: 070 361 9715

Ir-Raad voor de Rechtspraak huwa l-uniku korp ċentrali u bħala tali huwa kompetenti għall-każijiet kollha biex iwettaq il-ħidmiet imniżżla fl-Artikolu 3 tar-Regolament.

L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli

Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament, il-lingwa l-oħra li biha jistgħu jiġi sottomessi t-talbiet hija l-Ingliż.

L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra

Id-dokumenti jistgħu jintbagħtu lill-qrati Olandiżi bil-feks.

L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda

L-isem u l-indirizz tal-korp kompetenti responsabbli li jieħu d-deċiżjonijiet dwar talbiet skond l-Artikolu 17 tar-Regolament huma li ġejjin:

Qorti distrettwali ta’ The Hague

Prins Clauslaan 60, 2595 AJ The Hague

Postbus 20302, 2500 EH The Hague

Tel.: 070 381 3495

Feks: 070 381 1972

Il-Qorti Distrettwali ta’ The Hague hija l-unika awtorità kompetenti u bħala tali hija kompetenti għat-talbiet kollha skond l-Artikolu 17.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna