Skip to main content

Smigħ ta' xhieda

Awstrija
Awstrija
Flag of Austria

NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.

In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!

L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali

Għall-Awstrija kollha, il-korp ċentrali skont l-Artikolu 3(1) u l-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 3(3) flimkien mal-Artikolu 17 tar-Regolament huwa

Bundesministerium für Justiz (il-Ministeru għall-Ġustizzja)

Museumstrasse 7

1070 Vienna

Tel.: (43-1) 52 1 52 2147

Fax: (43-1) 52 1 52 2829

E-mail: team.z@bmj.gv.at

L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli

Il-formoli jistgħu jimtlew bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra

It-talbiet jistgħu jiġu ppreżentati bil-posta, bis-servizz ta’ kurrier jew bil-fax.

L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda

Bundesministerium für Justiz (il-Ministeru għall-Ġustizzja)

Museumstrasse 7

1070 Vienna

Tel.: (43-1) 52 1 52 2147

Fax: (43-1) 52 1 52 2829

E-mail: team.z@bmj.gv.at

L-Artikolu 21 – Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21(2)

Bħalissa m’hemm l-ebda pjan biex jinżamm kwalunkwe ftehim bilaterali.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna