Skip to main content

Smigħ ta' xhieda

Finlandja
Finlandja
Flag of Finland

NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.

In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!

L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali

L-entità ċentrali msemmija fl-Artikolu 3(1) huwa l-Ministeru tal-Ġustizzja. Dan għandu ġurisdizzjoni fuq il-pajjiż kollu. L-entità ċentrali, jiġifieri l-Ministeru tal-Ġustizzja, ġie magħżul bħala l-awtorità kompetenti, imsemmija fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament, bir-responsabbiltà li jieħu d-deċiżjonijiet, skond l-Artikolu 17, fuq talbiet għat-teħid dirett ta’ xhieda. L-indirizz tiegħu hu:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja:

Eteläesplanadi 10

FIN-00130 Helsinki

L-indirizz għall-korrispondenza:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

PL 25

FIN-00023 Valtioneuvosto

Tel. (358-9) 16 06 76 28

Faks: (358-9) 16 06 75 24

Email: central.authority@om.fi

L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli

Lingwi: Il-Finlandiż, l-Isvediż, l-Ingliż.

L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra

It-talbiet jistgħu jintbagħtu bil-posta, bil-feks jew bl-email.

L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda

Il-Ministeru tal-Ġustizzja:

Eteläesplanadi 10

FIN-00130 Helsinki

L-indirizz għall-korrispondenza:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

PL 25

FIN-00023 Valtioneuvosto

Tel. (358-9) 16 06 76 28

Faks: (358-9) 16 06 75 24

Email: central.authority@om.fi

L-Artikolu 21 – Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21(2)

Mhux applikabbli

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna