NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.
In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!
        
            L-Artikolu 2 – Qrati li ssirilhom Talba
      
      
        
                
Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti
        
            L-Artikolu 3 – Korp Ċentrali
      
      
        
                Il-korp ċentrali responsabbli għall-kompiti previsti fl-Artikolu 3(1) u (3) tar-Regolament huwa s-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja.
Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja (Service public fédéral Justice)
Is-Servizz tal-kooperazzjoni internazzjonali ċivili (Service de coopération internationale civile)
Boulevard de Waterloo, 115
B-1000 Brussell
il-Belġju
Telefon: +32(2)542.65.11
Fax: +32(2)542.70.06 / +32(2)542.70.38
Email: eu1206ue@just.fgov.be
Lingwi: il-Franċiż, l-Olandiż, l-Ingliż.
        
            L-Artikolu 5 – Il-lingwi aċċettati għat-tlestija tal-formoli
      
      
        
                Il-formola standard għal talba u dokumenti evidenzjali jridu jkunu fil-lingwa tad-distrett ġudizzjarju tal-Qorti ta' Prim' Istanza li lilha tintbagħat it-talba.
        
            L-Artikolu 6 – Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni tat-talbiet u komunikazzjonijiet oħra
      
      
        
                Mezzi ta' trasmissjoni aċċettati fil-Belġju:
-posta
-fax
        
            L-Artikolu 17 – Il-korp ċentrali jew l-awtorità(jiet) kompetenti responsabbli mid-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretti tax-xhieda
      
      
        
                Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja (Service public fédéral Justice) 
 Is-Servizz tal-kooperazzjoni internazzjonali ċivili (Service de coopération internationale civile)
Boulevard de Waterloo, 115 
 B-1000 Brussell
Telefon: +32(2)542.65.11
 Fax: +32(2)542.70.06 / +32(2)542.70.38
Email: eu1206ue@just.fgov.be
        
            L-Artikolu 21 – Ftehimiet jew arranġamenti li tagħhom huma firmatarji l-Istati Membri u li huma konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 21(2)
      
      
        
                Il-Belġju tiddikjara li, in konnessjoni ma’ l-Istati Membri l-oħra, ir-Regolament jipprevali f’oqsma li jaqaw taħt il-firxa tiegħu fuq l-istrumenti segwenti:
- Il-Konvenzjoni tal-21 ta’ Ġunju 1922 bejn il-Belġju u l-Gran Britannja dwar it-trasmissjoni ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji u l-ġbir ta’ evidenza;
 - Il-Konvenzjoni ta’ the Hague ta' l-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-proċedura ċivili;
 - Il-Konvenzjoni ta’ l-1 ta’ Marzu 1956 bejn il-Belġju u Franza dwar għajnuna reċiproka f’ oqsma ċivili u kummerċjali;
 - Il-Konvenzjoni ta’ New York ta’ l-20 ta’ Ġunju 1956 dwar l-irkupru barra ta’ manteniment.
 - Ftehim tal-25 ta’ April 1959 bejn il-Gvern tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ the Hague ta’ l-1 ta’ Marzu 1954 dwar proċedura ċivili;
 - Il-Konvenzjoni tat-23 ta’ Ottubru1989 bejn il-Belġju u l-Awstrija dwar għajnuna ġudizzjarja reċiproka u kooperazzjoni legali, li huma addizzjonali għall-Konvenzjoni ta’ the Hague ta’ l-1 ta’ Marzu 1954 dwar proċedura ċivili.