Insolvenza/falliment

Jekk kumpanija jew imprenditur isib ruħu f’diffikultà finanzjarja, jew ma jkunx jista’ jħallas id-djun tiegħu, f'kull pajjiż hemm proċedimenti speċifiċi li jindirizzaw din is-sitwazzjoni b'mod inklussiv, fejn ikunu involuti l-kredituri kollha (il-partijiet li jkunu dovuti l-flus).

Il-proċedimenti ta' insolvenza jvarjaw skont l-għanijiet tagħhom:

Kumpaniji

  • Jekk il-kumpanija tkun tista’ tiġi salvata jew in-negozju jkun vijabbli – id-djun tagħha jistgħu jiġu ristrutturati (normalment bi qbil mal-kredituri). Dan isir biex titħares il-kumpanija u jinżammu l-impjiegi.
  • Jekk in-negozju ma jkunx jista' jiġi salvat, il-kumpanija trid tiġi stralċata ("tfalli").

Imprendituri

  • L-imprendituri jistgħu normalment japplikaw għal proċedura li tinvolvi pjan ta' ħlas lura ordinat għad-djun tagħhom u ħelsien mid-dejn wara perijodu raġonevoli ta’ żmien (normalment 3 snin). Dan jiżgura li ma jfallux personalment u jkunu jistgħu jibdew negozji oħra fil-futur.

F'kull każ, hekk kif il-proċedimenti jinfetħu formalment, il-kredituri ma jkunux jistgħu jiftħu kawża individwali biex jirkupraw il-flus dovuti lilhom. Dan isir biex ikun żgurat li l-kredituri kollha jiġu ttrattati bl-istess mod u li l-assi tad-debitur ikunu mħarsa.

Biex jitħallsu, il-kredituri jridu jippruvaw il-pretensjonijiet tagħhom, jew lill-qorti jew lill-korp (ġeneralment amministratur jew likwidatur) responsabbli għar-riorganizzazzjoni jew għal-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur. F'ċirkostanzi speċifiċi, dan jista’ jsir mid-debitur innifsu.

Insolvenza transfruntiera (ir-regoli tal-UE)

Il-każijiet ta' insolvenza li jinvolvu kumpaniji jew imprendituri b'attivitajiet, assi jew interessi f'bosta pajjiżi jistgħu jkunu solvuti skont id-dritt tal-UE – speċifikament ir-Regolament 2015/848 (hawnhekk issib taqsira ta' kif jaħdem).

Formoli msemmijin fir-Regolament 2015/848

Proċeduri nazzjonali

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Ħolqa relatata

Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

L-aħħar aġġornament: 30/05/2023

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.