Please note that the original language version of this page German has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.
Please note that the following languages: English have already been translated.
Swipe to change

Kif tinforza deċiżjoni ta’ qorti

Germany
Content provided by:
European Judicial Network
European Judicial Network (in civil and commercial matters)

1 Xi tfisser eżekuzzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?

Eżekuzzjoni obbligatorja (Zwangsvollstreckung) hija l-proċedura użata biex tiġi eżegwita pretensjoni tad-dritt privat b’kompulsjoni pubblika. L-Istat għandu s-setgħa li jeżegwixxi, u jopera permezz tar-rappreżentanti tiegħu b’konformità mal-awtorità sovrana tiegħu.

Dawn il-miżuri ta’ eżekuzzjoni huma disponibbli biex iġiegħlu lid-debitur jissodisfa obbligu impost fuqu biex jagħmel pagament, iwettaq azzjoni, eċċ.:

  • Ordni ta’ sekwestru (Pfändung) ta’ oġġetti
  • Ordni ta’ sekwestru ta’ ammonti riċevibbli u assi oħrajn miżmuma mid-debitur (b’mod partikulari, ordni ta’ sekwestru ta’ rikavati)
  • Dikjarazzjoni tal-assi mid-debitur (Vermögensauskunft)
  • Miżuri koerċittivi (Zwangsmaßnahmen) li jiżguraw li l-azzjonijiet jittieħdu jew iżommu lura minnhom
  • Bejgħ furzat (Zwangsversteigerung)
  • Riċevituri (Zwangsverwaltung)

Eżekuzzjoni obbligatorja fil-Ġermanja hija rregolata minn §§ 704 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung – ZPO) u mill-Att dwar Bejgħ Furzat u Riċevituri (Gesetz über die Zwangsversteigerung und Zwangsverwaltung – ZVG).

Ir-Regolament (UE) Nru 655/2014, li jirregola l-eżekuzzjoni transfruntiera ta’ pretensjonijiet bejn l-Istati Membri tal-UE, huwa implimentat fil-Ġermanja bi §§ 946 et seq. ZPO.

2 Liema awtorità jew awtoritajiet huma kompetenti għall-eżekuzzjoni?

Ara l-mistoqsija 3 hawn taħt.

3 Liema huma l-kundizzjonijiet biex jingħataw titoli jew deċiżjonijiet li jkunu eżekuttivi?

3.1 Il-proċedura

  • Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji huma t-tnejn eżegwibbli?

Iva. Id-deċiżjonijiet ikkonċernati jinkludu sentenzi finali li ma għadhomx miftuħa għal appell jew li huma provviżorjament eżegwibbli (§ 704 ZPO), ordni ta’ sekwestru kawtelatorju (Arrest) u ordnijiet provviżorji (einstweilige Verfügungen, §§ 929, 936 ZPO), u d-dokumenti l-oħra eżegwibbli elenkati fi § 794 ZPO, li jinkludu mhux biss ordnijiet tal-qorti iżda anke saldi milħuqa quddiem tribunal tal-arbitraġġ (Vergleiche vor Gütestellen), saldi konklużi minn avukati (Anwaltsvergleiche), u atti notarili (notarielle Urkunden).

  • Jenħtieġ li jsir rikors għal ordni tal-qorti li tawtorizza eżekuzzjoni?

Jenħtieġ ordni tal-qorti għall-ordni ta’ sekwestru ta’ pretensjonijiet u assi oħrajn miżmuma mid-debitur, għal miżuri koerċittivi biex jiżguraw li azzjonijiet jittieħdu u jżommu lura minnhom, u għal eżekuzzjoni obbligatorja kontra proprjetà immobbli skont l-Att dwar Irkanti Pubbliċi u Riċevituri.

  • Liema qorti hija kompetenti biex tordna eżekuzzjoni?

Għall-ordni ta’ sekwestru ta’ pretensjonijiet tad-debitur: il-qorti lokali (Amtsgericht) għall-post fejn jgħix id-debitur.

Biex miżuri koerċittivi jiżguraw li l-azzjonijiet jittieħdu jew iżommu lura minnhom: il-qorti ġenerali xierqa.

Għal bejgħ furzat u riċevituri: il-qorti lokali għall-post fejn tinsab il-proprjetà.

  • Status u setgħat tal-uffiċjal ġudizzjarju

Uffiċjal ġudizzjarju (Gerichtsvollzieher) huwa uffiċjal tal-qorti f’Land, u huwa taħt il-funzjoni superviżorja tal-imħallef li jippresjedi l-qorti lokali. Madankollu, huwa funzjonalment indipendenti fl-eżerċizzju tal-obbligi ta’ eżekuzzjoni tiegħu: din il-funzjoni amministrattiva ma tistax tintuża biex teżerċita influwenza fuqu. Il-miżuri meħuda u d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż imfassla mill-uffiċjal ġudizzjarju jistgħu jiġu kkontestati billi titressaq oġġezzjoni (Erinnerung). L-istess japplika jekk l-uffiċjal ġudizzjarju jirrifjuta li jeżegwixxi l-ordni. L-oġġezzjoni tinstema’ mill-qorti b’ġuriżdizzjoni għall-eżekuzzjoni.

L-uffiċjal ġudizzjarju huwa responsabbli li jeżegwixxi sentenzi fi kwistjonijiet ċivili skont il-Ktieb 8 taż-ZPO. L-attenzjoni hija fuq l-eżekuzzjoni kontra l-proprjetà mobbli. Hawnhekk l-uffiċjal ġudizzjarju fil-prinċipju jippermetti li d-debitur iħallas bi ħlasijiet parzjali, u huwa responsabbli li jiżgura li l-proċedura tal-eżekuzzjoni tiġi konkluża fil-ħin u b’mod effettiv. Wieħed mill-obbligi primarji tiegħu huwa li jieħu dikjarazzjoni tal-assi taħt ġurament mingħand id-debitur. Oqsma oħra ta’ kompetenza jinkludu:

  • Jirkupra proprjetà mobbli u immobbli (żgumbrament).
  • Jegħleb ir-reżistenza min-naħa tad-debitur għal azzjonijiet li huwa rikjest li jippermetti.
  • Joffri s-servizz, fuq talba ta’ parti, ta’ dokumenti rikjesti għall-eżekuzzjoni obbligatorja.
  • Jeżegwixxi l-ordnijiet għal ordni ta’ sekwestru kawtelatorju u ordnijiet provviżorji (meta din ma tkunx kwistjoni għall-qorti).
  • Jeżegwixxi mandat ta’ arrest wara rifjut ta’ forniment tad-dikjarazzjoni tal-assi.
  • Ir-rikors għal eżekuzzjoni jrid isir mingħand operatur fil-qasam tal-ġustizzja?

Il-qorti b’ġuriżdizzjoni f’rikorsi għal eżekuzzjoni normalment hija l-qorti lokali, meta r-rappreżentanza legali ma tkunx obbligatorja.

Biex miżuri koerċittivi jiżguraw li l-azzjonijiet jittieħdu jew iżommu lura minnhom, irid isir rikors quddiem il-qorti ġenerali xierqa, li f’ċerti ċirkustanzi tista’ tkun qorti superjuri(il-qorti reġjonali (Landgericht)), meta fil-prinċipju r-rappreżentanza legali hija meħtieġa.

Spejjeż ta’ miżuri ta’ eżegwibbiltà

Il-liġi tipprevedi metodi differenti ta’ eżegwibbiltà, skont il-pretensjoni li trid tiġi żgurata. Il-miżuri ta’ eżegwibbiltà differenti għandhom spejjeż differenti:

  • a. Ordni ta’ sekwestru ta’ oġġetti

Meta d-dritt għal pagament ta’ somma ta’ flus speċifika jiġi aċċettat, il-kreditur jista’ jitlob lill-uffiċjal ġudizzjarju biex jeżegwixxi l-pagament. Miżata ta’ EUR 26 hija pagabbli għal ordni ta’ sekwestru tal-proprjetà mobbli tad-debitur mill-uffiċjal ġudizzjarju, skont il-punt 205 tal-iskeda tal-miżati (Kostenverzeichnis – KV) annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Gerichtsvollzieherkostengesetz – GvKostG). Għall-bejgħ tal-oġġetti sekwestrati, għal irkant pubbliku (li jista’ jkun irkant lokali jew irkant fuq l-internet aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta’ pjattaforma tal-irkant), jew għal realizzazzjoni f’xi forma oħra, hemm miżata addizzjonali ta’ EUR 52 li hija pagabbli skont il-punt 300 tal-iskeda tal-miżati . Jiġi impost ukoll ħlas addizzjonali għall-ħin, skont il-punt 500 tal-iskeda, jekk ir-rapport imfassal mill-uffiċjal ġudizzjarju jindika li l-eżekuzzjoni tal-att uffiċjali tkun ħadet iktar minn tliet sigħat. Il-ħlas addizzjonali jammonta għal EUR 20 għal kull siegħa addizzjonali jew frazzjoni minnha. Barra minn hekk, hemm l-ispejjeż tal-uffiċjal ġudizzjarju, speċjalment fil-forma ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar (il-punt 711 tal-iskeda tal-miżati).

  • b. Ordni ta’ sekwestru ta’ pretensjonijietmiżmuma mid-debitur:

Ordni biex titħallas somma ta’ flus tista’ tiġi żgurata wkoll permezz ta’ rikors quddiem il-qorti għal ordni ta’ sekwestru ta’ pretensjoni miżmuma mid-debitur (pereżempju għall-pagament ta’ rikavati) u ċ-ċessjoni tagħha lill-kreditur, b’pagamenti li jitnaqqsu mid-dejn (zur Einziehung, “għall-ġbir”) jew iċ-ċessjoni sservi ta’ saldu tal-pretensjoni tal-kreditur fuq id-debitur (an Zahlungs statt, “minflok pagament”) (§§ 829, 835 ZPO). Bħala regola, ordni ta’ sekwestru u ċessjoni ta’ pretensjoni isir rikors għalihom b’mod konġunt u kkombinat f’deċiżjoni ta’ ordni ta’ sekwestru u ċessjoni. Madankollu, miżata ta’ EUR 20 biss hija pagabbli għall-proċedimenti fuq ir-rikorsi, skont il-punt 2111 tal-iskeda tal-miżati (Kostenverzeichnis – KV) annessi mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Gerichtsvollzieherkostengesetz – GvKostG). L-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż tan-notifika tad-deċiżjoni tal-qorti, jiġu imposti separatament, skont il-Parti 9 tal-istess skeda ta’ miżati.

  • c. Teħid ta’ dikjarazzjoni ta’ assi

L-uffiċjal ġudizzjarju jimponi miżata ta’ EUR 33 biex tittieħed dikjarazzjoni ta’ assi, skont il-punt 260 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċċjali Ġudizzjarji.

  • d. Eżekuzzjoni kontra proprjetà immobbli

L-eżekuzzjoni obbligatorja kontra l-proprjetà immobbli tad-debitur tieħu l-forma ta’ self ipotekarju mdaħħal fir-reġistru tal-artijiet, jew bejgħ furzat jew riċevituri tal-proprjetà.

Għad-dħul ta’ self ipotekarju fir-reġistru tal-artijiet biex tiġi żgurata pretensjoni, miżata hija pagabbli, skont il-punt 14121 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti u tan-Nutara (Gerichts- und Notarkostengesetz – GNotKG), bir-rata ta’1 % tal-valur tal-pretensjoni biex tiġi żgurata (§ 53(1) tal-Att). Fl-Anness 1 hemm tabella tal-miżati għal valuri sa massimu ta’ EUR 3 miljun.

Il-miżati tal-qorti għal proċeduri skont l-Att dwar Bejgħ Furzat u Riċevituri huma determinati mill-Parti 2, Taqsima 2, Subpartijiet 1 u 2 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti. Miżata ta’ EUR 100 hija pagabbli għal deċiżjoni dwar rikors għal ordni għall-bejgħ furzat ta’ art jew dwar rikjesta bħala intervenjent fil-proċeduri. Hemm ukoll miżata għall-proċeduri bħala tali, miżata biex jinżamm mill-inqas irkant wieħed bi proċedura miftuħa, miżata biex jiġi konkluż il-bejgħ, u miżata biex jitqassmu r-rikavati; kull waħda minn dawn il-miżati tammonta għal 0.5 %. Il-miżati għall-proċeduri u biex jinżamm l-irkant huma determinati b’referenza għall-valur tal-proprjetà aċċettata mill-qorti ta’ eżekuzzjoni (valur tas-suq, § 54(1) tal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti). Il-miżati biex jiġi konluż il-bejgħ u jitqassmu r-rikavati huma determinati abbażi tal-offerta rebbieħa, wara li jitnaqqas l-imgħax, inkluż il-valur ta’ kwalunkwe drittijiet pendenti skont it-termini tal-irkant (§ 54(2) u (3) tal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti). Fl-Anness 2 hemm tabella tal-miżati għal valuri sa massimu ta’ EUR 500 000. Apparti l-miżati, l-ispejjeż imġarrba fil-proċeduri jiġu imposti separatament, skont il-Parti 9 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti; dawn jinkludu l-ispejjeż pagabbli għall-valwazzjoni ta’ stħarriġ tal-valur tas-suq tal-proprjetà skont l-Att dwar ir-Remunerazzjoni Ġudizzjarja u l-Kumpens (Justizvergütungs- und entschädigungsgesetz – JVEG) (il-punt 9005 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti).

Miżata ta’ EUR 100 hija pagabbli għal deċiżjoni dwar ir-rikors għal ordni ta’ riċevitura jew dwar rikjesta bħala intervenjent fil-proċeduri. Ir-riċevitura stess hija soġġetta għal miżata annwali bir-rata ta’ 0.5 %, b’minimu ta’ EUR 120 b’mod ġenerali u minimu ta’ EUR 60 f’kull wieħed mill-ewwel u l-aħħar snin kalendarji. L-ammont tal-miżata huwa determinat b’referenza għad-dħul totali mir-riċevitura (§ 55 tal-Att dwar l-ispejjeż tal-Qorti).

  • e. Rkupru u miżuri koerċittivi li jiżguraw li l-azzjonijiet jittieħdu, jiġu permessi jew iżommu lura minnhom

Jekk id-debitur ikun rikjest li jċedi l-proprjetà mobbli, il-proprjetà trid tiġi rkuprata mingħand id-debitur permezz tal-uffiċjal ġudizzjarju u tgħaddi għand il-kreditur. Għal dan l-att uffiċjali, l-uffiċjal ġudizzjarju jimponi miżata ta’ EUR 26, skont il-punt 221 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċjali Ġudizzjarji. Apparti din il-miżata, jiġi impost ħlas addizzjonali għall-ħin, skont il-punt 500 tal-iskeda, jekk ir-rapport imfassal mill-uffiċjal ġudizzjarju jindika li l-eżekuzzjoni tal-att uffiċjali tkun ħadet iktar minn tliet sigħat. Il-ħlas addizzjonali jammonta għal EUR 20 għal kull siegħa addizzjonali jew frazzjoni minnha.

Jekk id-debitur ikun meħtieġ iċedi proprjetà immobbli, l-uffiċjal ġudizzjarju irid jieħu l-pussess mingħand id-debitur u jagħti l-pussess lill-kreditur (żgumbrament). Tiġi imposta miżata ta’ EUR 98 skont il-punt 240 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Uffiċċjali Ġudizzjarji. Hawnhekk ukoll jiġi impost ħlas addizzjonali ta’ EUR 20 għall-ħin, skont il-punt 500 tal-iskeda, għal kull siegħa addizzjonali jew frazzjoni minnha, jekk l-eżekuzzjoni tal-att uffiċjali tieħu aktar minn tliet sigħat. Barra minn hekk, jiġu imposti wkoll l-ispejjeż tal-uffiċjal ġudizzjarju, inkluż l-ispejjeż tas-servizzi meħtieġa pprovduti minn partijiet terzi, bħall-ġarr jew is-servizzi ta’ ħaddied li jagħmel u jsewwi s-serraturi.

Fil-proċeduri quddiem il-qorti biex iġiegħlu t-twettiq ta’ azzjoni (jekk tista’ titwettaq biss mid-debitur jew jekk tista’ titwettaq minn persuna oħra f’postu), biex jippermettu azzjoni, jew biex iżommu lura minn azzjoni, hemm miżata tal-qorti pagabbli li tammonta għal EUR 20 f’kull każ, skont il-punt 2111 tal-iskeda tal-miżati annessa mal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti.

3.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Il-kreditur irid ikollu fil-pussess tiegħu dokument ta’ eżekuzzjoni li jistabbilixxi l-pretensjoni tiegħu. Dan jista’ jkun sentenza finali li ma għadhiex miftuħa għal appell jew provviżorjament eżegwibbli (§ 704 ZPO) jew wieħed mid-dokumenti elenkati fi § 794 ZPO (pereżempju saldi ġudizzjarji (gerichtlicher Vergleich), ordni ta’ eżekuzzjoni (Vollstreckungsbescheid), jew att notarili). Bħala regola ġenerali d-dokument irid ikun fih ċertifikat ta’ eżegwibbiltà tal-qorti (Vollstreckungsklausel) u jrid ikun ġie nnotifikat lid-debitur. Ċertifikat ta’ eżegwibbiltà tal-qorti huwa meħtieġ biss f’każijiet eċċezzjonali għal ordnijiet ta’ eżekuzzjoni, ordnijiet ta’ sekwestru provviżorji u ordnijiet provviżorji (§ 796 ZPO; §§ 929(1), 936 ZPO).

4 L-għan u n-natura ta’ miżuri eżekuttivi

4.1 Liema tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għall-eżekuzzjoni?

L-assi mobbli, il-pretensjonijiet u drittijiet oħra ta’ proprjetà u proprjetà immobbli tad-debitur jistgħu jkunu soġġetti għal eżekuzzjoni.

§ 811 ZPO jispeċifika l-assi mobbli li ma jistgħux jiġu sekwestrati; l-għan huwa li d-debitur u l-unità domestika tiegħu jitħallew iżommu l-minimu essenzjali għal użu personali jew professjonali.

Japplikaw ukoll resrizzjonijiet fuq l-ordni ta’ sekwestru għad-dħul li jkun qala’ d-debitur. §§ 850 et seq. ZPO jipprevedu ċerti ammonti li ma jistgħux jiġu sekwestrati, billi d-debitur għandu bżonnhom biex jipprovdi għas-sussistenza tiegħu. Bilanċi ta’ kreditu jistgħu jiġu protetti f’“kont eżenti mis-sekwestru” (Pfändungsschutzkonto, § 850k ZPO). Ċerti ammonti eżenti mis-sekwestru jinżammu f’dawn il-kontijiet irrispettivament mill-oriġini tal-bilanċ ta’ kreditu.

4.2 X’inhuma l-effetti tal-miżuri eżekuttivi?

  • Rigward id-debitur

L-eżekuzzjoni kontra l-proprjetà mobbli tad-debitur isseħħ permezz ta’ ordni ta’ sekwestru u r-realizzazzjoni tal-proprjetà sekwestrata. Il-pretensjonijiet u d-drittijiet miżmuma mid-debitur kontra partijiet terzi huma sekwestrati b’inġunzjoni ta’ eżekuzzjoni. Fiż-żewġ każijiet, l-ordni ta’ sekwestru huwa att uffiċjali li jwassal għall-konfiska tal-oġġett issekwestrat. Fost effetti oħrajn, il-konfiska ċċaħħad lid-debitur mill-kontroll tal-oġġett.

  • Rigward partijiet terzi

Jekk l-uffiċjal ġudizzjarju jkun issekwestra l-proprjetà immobbli li tkun tappartjeni mhux għad-debitur iżda għal parti terza, il-parti terza tista’ topponi s-sekwestru tal-proprjetà tiegħu permezz ta’ oġġezzjoni ta’ parti terza (Drittwiderspruchsklage).

Meta l-pretensjonijiet miżmuma mid-debitur kontra parti terza jiġu sekwestrati u ċeduti, il-parti terza ma tibqax tħallas lid-debitur; hija tista’ tħallas pretensjoni li tkun ġiet ċeduta lil kreditur għal tnaqqis mill-pretensjoni tad-debitur lill-kreditur biss, u dan jirrilaxxaha mid-dejn tagħha. Parti terza li tikser dan l-obbligu tiffaċċja r-riskju ta’ azzjoni għal danni.

4.3 X’inhi l-validità ta’ miżuri bħal dawn?

Il-pretensjonijiet li ma għadhomx miftuħa għal appell u l-pretensjonijiet taħt saldi jew atti eżegwibbli huma soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ta’ 30 sena skont § 197 tal-Kodiċi Ċivili (BGB). Il-kreditur jista’ jibda proċeduri ta’ eżekuzzjoni fi kwalunkwe żmien matul dak il-perjodu.

5 Hemm possibilità li d-deċiżjoni li tawtorizza din il-miżura tiġi appellata?

Ma hemm l-ebda proċedura skont il-liġi Ġermaniża biex tingħata eżekuzzjoni.

Id-debitur jista’ joġġezzjona għall-miżuri meħuda kontrih bħala parti mill-proċeduri ta’ eżekuzzjoni. Jista’ joġġezzjona (Erinnerung) kontra l-manjiera tal-eżekuzzjoni. Jista’ jressaq ilment immedjat (Beschwerde) kontra deċiżjoni meħuda fi proċeduri fejn ma tkun saret l-ebda seduta tas-smigħ. Dan l-ilment jista’ jitressaq f’perjodu ta’ ġimagħtejn quddiem il-qorti li jopponi għad-deċiżjoni tagħha, u dan jista’ jreġġa’ lura d-deċiżjoni tagħha stess, jew quddiem il-qorti reġjonali, bħala qorti tal-appell.

Ir-rikors ta’ dan ir-rimedju ma għandu l-ebda impatt immedjat fuq il-kontinwazzjoni tal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni mibdija; ma hemm l-ebda effett sospensiv.

6 Hemm xi limiti fuq l-eżekuzzjoni, b’mod partikolari relatati ma’ ħarsien tad-debitur jew preskrizzjonijiet?

Ara l-mistoqsija 4 hawn fuq.

Anness 1

Valur kummerjċali sa massimu ta’ EUR ...

Miżata
Tabella B
EUR …

Valur kummerjċali sa massimu ta’
EUR …

Miżata
Tabella B
EUR …

Valur kummerjċali sa massimu ta’ EUR ...

Miżata
Tabella B
EUR …

500

15.00

200 000

435.00

1 550 000

2 615.00

1 000

19.00

230 000

485.00

1 600 000

2 695.00

1 500

23.00

260 000

535.00

1 650 000

2 775.00

2 000

27.00

290 000

585.00

1 700 000

2 855.00

3 000

33.00

320 000

635.00

1 750 000

2 935.00

4 000

39.00

350 000

685.00

1 800 000

3 015.00

5 000

45.00

380 000

735.00

1 850 000

3 095.00

6 000

51.00

410 000

785.00

1 900 000

3 175.00

7 000

57.00

440 000

835.00

1 950 000

3 255.00

8 000

63.00

470 000

885.00

2 000 000

3 335.00

9 000

69.00

500 000

935.00

2 050 000

3 415.00

10 000

75.00

550 000

1 015.00

2 100 000

3 495.00

13 000

83.00

600 000

1 095.00

2 150 000

3 575.00

16 000

91.00

650 000

1 175.00

2 200 000

3 655.00

19 000

99.00

700 000

1 255.00

2 250 000

3 735.00

22 000

107.00

750 000

1 335.00

2 300 000

3 815.00

25 000

115.00

800 000

1 415.00

2 350 000

3 895.00

30 000

125.00

850 000

1 495.00

2 400 000

3 975.00

35 000

135.00

900 000

1 575.00

2 450 000

4 055.00

40 000

145.00

950 000

1 655.00

2 500 000

4 135.00

45 000

155.00

1 000 000

1 735.00

2 550 000

4 215.00

50 000

165.00

1 050 000

1 815.00

2 600 000

4 295.00

65 000

192.00

1 100 000

1 895.00

2 650 000

4 375.00

80 000

219.00

1 150 000

1 975.00

2 700 000

4 455.00

95 000

246.00

1 200 000

2 055.00

2 750 000

4 535.00

110 000

273.00

1 250 000

2 135.00

2 800 000

4 615.00

125 000

300.00

1 300 000

2 215.00

2 850 000

4 695.00

140 000

327.00

1 350 000

2 295.00

2 900 000

4 775.00

155 000

354.00

1 400 000

2 375.00

2 950 000

4 855.00

170 000

381.00

1 450 000

2 455.00

3 000 000

4 935.00

185 000

408.00

1 500 000

2 535.00



Anness 2

Ammont mitlub sa massimu ta’ EUR ...

Miżata
EUR ...

Ammont mitlub sa massimu ta’ EUR ...

Miżata
EUR ...

500

35.00

50 000

546.00

1 000

53.00

65 000

666.00

1 500

71.00

80 000

786.00

2 000

89.00

95 000

906.00

3 000

108.00

110 000

1 026.00

4 000

127.00

125 000

1 146.00

5 000

146.00

140 000

1 266.00

6 000

165.00

155 000

1 386.00

7 000

184.00

170 000

1 506.00

8 000

203.00

185 000

1 626.00

9 000

222.00

200 000

1 746.00

10 000

241.00

230 000

1 925.00

13 000

267.00

260 000

2 104.00

16 000

293.00

290 000

2 283.00

19 000

319.00

320 000

2 462.00

22 000

345.00

350 000

2 641.00

25 000

371.00

380 000

2 820.00

30 000

406.00

410 000

2 999.00

35 000

441.00

440 000

3 178.00

40 000

476.00

470 000

3 357.00

45 000

511.00

500 000

3 536.00

 

Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 18/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.