Artikolu 50(1)(a) — Qrati kompetenti biex joħorġu l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
Il-qrati kompetenti għall-ħruġ tal-ordni ta’ preservazzjoni huma l-qrati distrettwali (επαρχιακά δικαστήρια).
Il-Qorti Distrettwali ta’ Nikosija (Επαρχιακό Δικαστήριο Λευκωσίας)
• Indirizz: Charalambou Mouskou, 1405 Nicosia, Cyprus
• Telefown: (+357) 22865518
• Fax: (+357) 22304212 / 22805330
• Email: chief.reg@sc.judicial.gov.cy
Il-Qorti Distrettwali ta’ Limassol (Επαρχιακό Δικαστήριο Λεμεσού)
• Indirizz: Leoforos Lordou Vyronos 8, PO Box 54619, 3726 Limassol, Cyprus
• Telefown: (+357) 25806100 / 25806128
• Fax: (+357) 25305311
• Email: chief.reg@sc.judicial.gov.cy
Il-Qorti Distrettwali ta’ Larnaca (Επαρχιακό Δικαστήριο Λάρνακας)
• Indirizz: Leoforos Christoforou Christofidi, 6301 Larnaca, PO Box 40107, Cyprus
• Telefown: (+357) 24802721
• Fax: (+357) 24802800
• Email: chief.reg@sc.judicial.gov
Il-Qorti Distrettwali ta’ Paphos (Επαρχιακό Δικαστήριο Πάφου)
• Indirizz: Corner of Neophytou and Nikou Nikolaidi, 8100 Paphos, PO Box 60007, Cyprus
• Telefown: (+357) 26802600
• Fax: (+357) 26306395
• Email: chief.reg@sc.judicial.gov.cy
Il-Qorti Distrettwali ta’ Famagusta (Επαρχιακό Δικαστήριο Αμμοχώστου)
• Indirizz: Megalou Alexandrou 83, 5290 Paralimni, Cyprus
• Telefown: (+357) 23741926 / 23741915
• Fax: (+357) 23741949
• Email: chief.reg@sc.judicial.gov.cy
Artikolu 50(1)(b) — l-awtorità nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet
L-awtorità maħtura bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet hija l-Bank Ċentrali.
Dettalji ta’ kuntatt:
Indirizz tal-posta:
Central Bank
John Kennedy Avenue 80
1076 Nicosia
Cyprus
jew P.O. Box 25529, 1395 Nicosia
Tel.: +357 22714100
Faks: +357 22714959
Email: cbcinfo@centralbank.gov.cy
Artikolu 50(1)(c) — Metodi għall-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet
L-informazzjoni hija provduta mill-banek jew istituzzjonijiet ta’ kreditu lill-awtorità ta’ informazzjoni definita fl-Artikolu 6(2A) tal-Liġijiet tal-2002 tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, jiġifieri l-Bank Ċentrali ta’ Ċipru (l-Artikolu 14(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014).
Artikolu 50(1)(d) — Qrati li quddiehom jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
Appell minn deċiżjoni ta’ qorti distrettwali jista’ jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Appell (Efeteío).
Il-Qorti tal-Appell
Odos Thrakis 17, 2112 Aglantzia – Nikosi, Ċipru
Tel.: +357 22551920, +357 22551923
Posta elettronika: chief.reg@sc.judicial.gov.cy
Artikolu 50(1)(e) — Awtoritajiet nominati bħala kompetenti biex jirċievu, jittrażmettu jew iservu l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra
L-awtorità kompetenti għat-twettiq tal-preċedenti hija l-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku.
Artikolu 50(1)(f) — Awtorità kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet
L-awtorità kompetenti għall-eżekuzzjoni tal-ordni skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 655/2014 hija l-marixxall tal-qorti (dikastikós epidótis).
Artikolu 50(1)(g) — Il-punt sa fejn il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju jistgħu jiġu preżervati
Ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-kwistjoni tal-preservazzjoni tal-kontijiet konġunti u l-kontijiet ta’ mandatarju f’kawżi ċivili u kummerċjali. Parti li tkun tixtieq tippreserva tali kont tressaq ir-rikors xieraq quddiem il-qorti, u hija l-qorti, fl-ambitu tas-setgħat aktar ġenerali tagħha, li tordna — jew li ma tordnax — il-preservazzjoni tal-ammont kollu jew parzjali wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ.
Artikolu 50(1)(h) — Ir-regoli applikabbli għall-ammonti eżenti minn qbid
Ma hemm l-ebda regola speċifika li tirregola jew teżenta tali ammonti f’kawżi ċivili u kummerċjali, għajr għal ammonti ppreservati abbażi ta’ proċedimenti kriminali, li huma eżentati mill-preservazzjoni u mis-sekwestru għall-fini tal-ġbir tat-taxxi skont l-Artikolu 9(B) tal-Liġijiet dwar il-Ġbir tat-Taxxi tal-1962 u l-2014 u l-paragrafu 13 tal-Anness X tal-Liġijiet dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud tal-2000 sal-2014.
Artikolu 50(1)(i) — Tariffi, jekk imposti mill-banek, għall-implimentazzjoni ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti jew biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet, u informazzjoni dwar il-parti responsabbli biex iħallas dawk it-tariffi
Ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika bbażata fuq il-liġi nazzjonali li tipprojbixxi li jinżammu tali tariffi mill-banek, li jimponuhom fuq id-detenturi tal-kontijiet.
Artikolu 50(1)(j) – l-iskala ta’ tariffi jew sett ieħor ta’ regoli li jistabbilixxu t-tariffi applikabbli imposti minn kwalunkwe awtorità jew korp ieħor involut fl-ipproċessar jew l-eżekuzzjoni tal-Ordni tal-Preservazzjoni
Ma hemm l-ebda spiża.
Artikolu 50(1)(k) — Gradazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti
Ma hemm l-ebda dispożizzjoni.
Artikolu 50(1)(l) — Qrati jew awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju
Il-qrati Distrettwali, bħal fl-Artikolu 50(1)(a).
Artikolu 50(1)(m) — Qrati li quddiemhom għandhom jiġi ppreżentat appell u l-limitu ta’ żmien, jekk ikun il-każ, biex jiġi ppreżentat l-appell
Appell kontra deċiżjoni ta’ qorti distrettwali jista’ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Appell (l-Artikolu 21) fi żmien 42 jum, kif previst fil-Parti 41 tar-Regoli tal-Proċedura Ċivili (Κανονισμοί Πολιτικής Δικονομίας). Appell minn deċiżjoni interim għandu jsir fi żmien 14-il jum mid-data tal-ħruġ tad-deċiżjoni interim.
Artikolu 50(1)(n) — Tariffi tal-Qorti
Wieħed jista’ jsib l-ispejjeż dettaljati billi jagħfas fuq il-ħolqa segwenti, fil-paġni 19–30.
Artikolu 50(1)(o) — Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti
Apparti l-Grieg, hija aċċettata traduzzjoni bl-Ingliż tad-dokumenti.