L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
Skont il-liġi nazzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja, il-qrati Litwani biss huma kompetenti biex jikkumpilaw xhieda għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali.
L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
Il-qrati rikjesti huma l-qrati tal-prim’istanza:
– il-qrati distrettwali u, fil-każijiet speċifikati mil-liġi, il-qrati reġjonali.
Materji ċivili li jistgħu jinstemgħu mill-qrati reġjonali
Il-qrati reġjonali, bħala qrati tal-prim’istanza, jisimgħu kawżi ċivili:
1) għal talbiet li jaqbżu mitt elf euro, esklużi kawżi relatati mal-liġi tal-familja, ir-relazzjonijiet ta’ impjieg jew il-kumpens għal danni mhux materjali;
2) relatati mar-relazzjonijiet legali morali taħt id-drittijiet tal-awtur;
3) relatati mar-relazzjonijiet legali li jirriżultaw minn offerta pubblika ċivili;
4) relatati mal- falliment u r- ristrutturar, minbarra kawżi relatati mal-falliment ta’ persuni fiżiċi;
5) li fihom waħda mill-partijiet tkun stat barrani;
6) għal pretensjonijiet relatati mal-bejgħ obbligatorju ta’ ishma (interessi, ishma tal-membri);
7) għal talbiet relatati ma’ investigazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ entità ġuridika;
8) relatati ma’ kumpens għal dannu materjali u mhux materjali bi ksur tad-drittijiet stabbiliti tal-pazjenti;
9) li, skont il-liġi, jinstemgħu mill-qrati reġjonali bħala l-qorti tal-prim’istanza.
Kawżi ċivili li jistgħu jinstemgħu mill-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius
Il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius, li taġixxi bħala qorti tal-prim’istanza, għandha l-ġuriżdizzjoni esklużiva li tisma’ kawżi ċivili:
1) li jinvolvu tilwim skont l-Att Litwan dwar il-Privattivi;
2) li jinvolvu tilwim skont l-Att Litwan dwar it-Trademarks;
3) li jinvolvu l-adozzjoni abbażi tat-talbiet miċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja li jkollhom ir-residenza permanenti tagħhom f’pajjiż barrani, persuni ta’ nazzjonalità barranija jew persuni apolidi biex jadottaw ċittadin(a) tar-Repubblika tal-Litwanja, u talbiet minn persuni li r-residenza abitwali tagħhom tkun fir-Repubblika tal-Litwanja biex jadottaw ċittadin(a) tar-Repubblika tal-Litwanja b’residenza f’pajjiż barrani;
4) li, skont il-liġi applikabbli, jinstemgħu biss mill-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius bħala l-qorti tal-prim’istanza.
https://www.teismai.lt/lt/visuomenei-ir-ziniasklaidai/teismai-ir-teisejai/teismu-kontaktai/1700;
Svetainės struktūra https://www.teismai.lt/lt/visuomenei-ir-ziniasklaidai/teismai-ir-teisejai/teismu-veiklos-teritoriju-sarasas/1866
L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
Il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja
Gedimino pr. 30
LT-01104 Vilnius
Telefown: + 370 600 38 904
Faks: +370 5 262 59 40
E-mail: rastine@tm.lt
L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
Minbarra l-Litwan, ir-Repubblika tal-Litwanja taċċetta formoli mimlija bl-Ingliż.
L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
Jekk it-trażmissjoni ma tkunx possibbli minħabba t-tfixkil tas-sistema deċentralizzata tal-IT, it-talbiet u notifiki oħra jistgħu jiġu trażmessi bil-posta jew b’email.
L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
Il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja
Gedimino pr. 30
LT-01104 Vilnius
Telefown: + 370 600 38 904
Faks: +370 5 262 59 40
E-mail: rastine@tm.lt
L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
Il-Litwanja ma kkonkludiet l-ebda ftehim jew arranġament mal-Istati Membri biex tiġi ffaċilitata aktar il-kumpilazzjoni ta’ xhieda, kif imsemmi fl-Artikolu 29(2).