Skip to main content

Kumpilazzjoni tax-xhieda (riformulazzjoni)

Spanja
Spanja
Flag of Spain

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Spain
Teħid ta’ Evidenza
* input mandatarju

L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti

Imħallfin jew maġistrati.

Fis-sistema ġudizzjarja Spanjola, l-awtorità maħtura minn Spanja bħala l-awtorità riċeventi (Reġistri tal-Qorti u Servizzi Ċentrali (Decanatos y Servicios comunes procesales)) tgħaddi t-talba lill-awtorità kompetenti għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda.

L-Artikolu 4 - Korp ċentrali

Il-korp ċentrali maħtur minn Spanja huwa s-Sottodirettorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Legali Internazzjonali fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja (Subdirección General de Cooperación Jurídica Internacional del Ministerio de Justicia).

Is-Sottodirettorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Legali Internazzjonali

Il-Ministeru għall-Ġustizzja

C/San Bernardo, 62

28015 Madrid

Faks: +34 913904457

Posta elettronika: sgcji@mjusticia.es

rogatoriascivil@mjusticia.es

L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli

Spanja taċċetta talbiet u komunikazzjonijiet skont ir-Regolament li jkunu fformulati bl-Ispanjol jew bil-Portugiż.

L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

Fir-rigward tal-mezzi ta’ riċeviment li huma attwalment disponibbli, il-qrati jistgħu jużaw mezzi tal-IT u mezzi diġitali sabiex jiġġestixxu talbiet u komunikazzjonijiet oħra. Fl-assenza ta’ mezzi elettroniċi, it-talbiet u d-dokumenti jiġu trażmessi u riċevuti bil-posta.

L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta

L-imħallfin u l-maġistrati tal-qrati kompetenti fil-post fejn ikollha ssir il-kumpilazzjoni ta’ xhieda huma responsabbli għad-deċiżjonijiet dwar talbiet għall-kumpilazzjoni diretta ta’ xhieda.

L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)

Ma hemmx kummenti.

L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Ma hemmx kummenti.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna