Skip to main content

Kumpilazzjoni tax-xhieda (riformulazzjoni)

Italja
Italja
Flag of Italy

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Italy
Teħid ta’ Evidenza
* input mandatarju

L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati

Xejn.

L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti

Il-qrati ordinarji (tribunali ordinari) u l-maġistrati (giudici di pace), f’konformità mal-kriterju tal-ġuriżdizzjoni ratione materiae stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Codice di Procedura Civile) (Ġuriżdizzjoni tal-Qrati tal-Maġistrati)

Il-qrati tal-maġistrati għandhom ġuriżdizzjoni f’kawżi li jikkonċernaw proprjetà mobbli ta’ valur li ma jaqbiżx l-EUR 10 000, fejn il-liġi ma tagħtix ġuriżdizzjoni lil qorti oħra.

Il-kawżi għad-danni marbuta ma’ inċidenti tat-traffiku tal-vetturi u tal-ilma jinstemgħu wkoll mill-qrati tal-maġistrati, sakemm il-valur involut ma jaqbiżx l-EUR 25 000.

Irrispettivament mill-valur involut, il-qrati tal-maġistrati jisimgħu l-kawżi kollha li jinvolvu:

(1) il-kawżi dwar l-istabbiliment ta’ konfini u l-osservazzjoni tad-distanzi għat-tħawwil tas-siġar u l-ħitan tal-ħaxix kif stabbilit bil-liġi, bir-regolamenti jew bl-użu;

(2) il-kawżi dwar l-ambitu u l-użu tas-servizzi tal-kondominju fl-appartamenti;

(3) il-kawżi dwar ir-relazzjonijiet bejn is-sidien jew l-okkupanti ta’ abitazzjonijiet rigward ħruġ ta’ dħaħen, sħana, storbju, theżżiżiet u disturbi simili li jaqbżu l-livelli normali;

(3a) il-kawżi dwar l-interessi jew aċċessorji ta’ pagament ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali jew tal-pensjoni li sar tard.

L-Artikolu 4 - Korp ċentrali

IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA (Ministero della Giustizia)

Id-Dipartiment tal-Affarijiet Ġudizzjarji (Dipartimento Affari di Giustizia)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Internazzjonali u għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Direzione Generale degli Affari Internazionali e della Cooperazione Giudiziaria)

Uffiċċju I – Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali (Ufficio I – Cooperazione Giudiziaria Internazionale)

Tel.: +39 06.6885.2264

Email: cooperation.dginternazionale.dag@giustizia.it

Via Arenula, 70 - 00186 Rome

L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli

It-Taljan jew il-lingwa tal-Istat rikjedenti, jekk akkumpanjata minn traduzzjoni bit-Taljan iċċertifikata minn awtorità pubblika jew minn traduttur.

L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

Posta ordinarja.

Meta l-avukat rikjedenti jiddaħħal fir-Reġistru tal-Indirizzi Elettroniċi (Registro degli Indirizzi Elettronici – RegIndE), huwa jrid jibgħat it-talba għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’forma elettronika biss permezz tal-portal tas-servizzi online (portale dei servizi telematici – PST)

L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta

IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA

Id-Dipartiment tal-Affarijiet Ġudizzjarji

Id-Direttorat għall-Affarijiet Internazzjonali u għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja

Uffiċċju I – Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali

Tel.: +39 06.6885.2264

Email: cooperation.dginternazionale.dag@giustizia.it

Via Arenula, 70 - 00186 Rome

L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)

L-Italja mhux biħsiebha tuża din l-għażla, peress li tqis li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/1783 huma xierqa u biżżejjed.

L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Xejn bħalissa.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna