L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati 
      
      
        
                Mhux applikabbli.
        
            L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
      
      
        
                Il-qorti kompetenti biex tiġbor il-provi hija l-qorti muniċipali (općinski sud) li fit-territorju tagħha jridu jittieħdu l-azzjonijiet proċedurali.
        
            L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
      
      
        
                Il-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Amministrazzjoni u t-Tranżizzjoni Diġitali tar-Repubblika tal-Kroazja (Ministarstvo pravosuđa, uprave i digitalne transformacije Republike Hrvatske)
Ulica grada Vukovara 49
10000 Zagreb
tel.: +385 1 371 40 00
web: https://mpu.gov.hr/
        
            L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
      
      
        
                Il-formoli jistgħu jimtlew bl-Ingliż.
        
            L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
      
      
        
                Talbiet u komunikazzjonijiet oħra għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika.
        
            L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
      
      
        
                Il-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Amministrazzjoni u t-Tranżizzjoni Diġitali tar-Repubblika tal-Kroazja (Ministarstvo pravosuđa, uprave i digitalne transformacije Republike Hrvatske)
Ulica grada Vukovara 49
10000 Zagreb
tel.: +385 1 371 40 00
web: https://mpu.gov.hr/
        
            L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
      
      
        
                Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika tas-Slovenja tas-7 ta’ Frar 1994 dwar assistenza legali f’materji ċivili u kriminali.
        
            L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata 
      
      
        
                Il-Kroazja mhijiex f’pożizzjoni li topera s-sistema tal-IT deċentralizzata fi stadju aktar bikri minn dak meħtieġ mir-Regolament.