L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
Il-Finlandja ma għandhiex awtoritajiet bħal dawn.
L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
It-talbiet jiġu riċevuti mill-qrati distrettwali.
L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa l-korp ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament. Il-ġuriżdizzjoni tiegħu tkopri l-Finlandja kollha. Bħala korp ċentrali, il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa nominat bħala l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fuq talbiet magħmulin skont l-Artikolu 19. Id-dettalji ta’ kuntatt tiegħu huma:
L-indirizz għaż-żjarat:
Il-Ministeru tal-Ġustizzja
Eteläesplanadi 10,
FIN-00130 Helsinki
L-indirizz postali:
Ministry of Justice
PL 25
FIN-00023 Government
Tel.: (358-9) 16 06 76 28
Faks: Tel. (358-9) 16 06 75 24
Indirizz tal-posta elettronika: central.authority.om@gov.fi
L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
Lingwi aċċettati: Il-Finlandiż, l-Iżvediż, l-Ingliż.
L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
It-talbiet jistgħu jiġu sottomessi bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika.
L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
Il-Ministeru tal-Ġustizzja
L-indirizz għaż-żjarat:
Eteläesplanadi 10,
FIN-00130 Helsinki
L-indirizz postali:
PL 25
FIN-00023 Government
Tel: (358-9) 16 06 76 28
Faks: (358-9) 16 06 75 24
Indirizz tal-posta elettronika: central.authority.om@gov.fi
L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
Mhux applikabbli.
L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
-