Nazzjonali
Id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-medjazzjoni japplikaw b’mod ġenerali għat-tilwim tal-familji.
Ewropea / internazzjonali
L-implimentazzjoni ta’ dan il-metodu għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti hija prevista jew imsaħħa minn diversi strumenti Ewropej u internazzjonali.
Fil-livell tal-Unjoni Ewropea
- Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali
- Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1111 dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u dwar sekwestru internazzjonali ta’ minuri.
- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000.
- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment
Il-Konferenza ta' The Hague dwar id-dritt internazzjonali privat
- Il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri
- Il-Konvenzjoni ta’ The Hague tad-19 ta' Ottubru 1996 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-infurzar u l-kooperazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri u l-miżuri tal-protezzjoni tat-tfal
- Gwida għal prattika tajba dwar il-medjazzjoni (897.47 KB - PDF) MT b’mod partikolari skont il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri
Fil-livell tal-Kunsill tal-Ewropa:
- Ir-Rakkomandazzjoni Nru R(98)1 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-medjazzjoni tal-familja adottata fil-21 ta’ Jannar 1998
- Ir-Rakkomandazzjoni Rec (2002) 10 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-medjazzjoni fil-materji ċivili
Fil-livell tal-Parlament Ewropew:
Links utli oħrajn
Biex issib medjatur speċjalizzat fil-medjazzjoni tal-familja transfruntiera segwi din il-ħolqa: https://www.crossbordermediator.eu/
Il-Gwida Prattika għall-applikazzjoni tar-Regolament Brussell IIb tinsab f’din il-paġna: Pubblikazzjonijiet tan-NĠE |il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika