Skip to main content

Dwar in-Networks

Flag of Cyprus
Ċipru
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
(in civil and commercial matters)

F’Ċipru, in-network huwa organizzat minn punti ta’ kuntatt nazzjonali (NCPs) li jinnominaw. Bħalissa hemm sitt (6) NCPs: imħallef wieħed, żewġ avukati fl-Uffiċċju Legali tar-Repubblika ta’ Ċipru, żewġ uffiċjali fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku (uffiċjal legali wieħed u uffiċjal amministrattiv wieħed) u membru wieħed tal-Kamra tal-Avukati ta’ Ċipru.

L-NCPs tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku huma responsabbli sabiex jikkoordinaw is-sitt NCPs. Meta tasal mistoqsija jew talba għal informazzjoni min-network jew inkella talba mill-punti ta’ kuntatt nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor, l-NCPs tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku jiżguraw li t-talba tintbagħat u li tiġi diskussa mal-NCPs l-oħrajn, sabiex jiġi deċiż liema Awtorità jew Aġenzija Ċiprijotta għandha tiġi nnominata sabiex tittratta t-talba jew tipprovdi l-informazzjoni mitluba.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna