Skip to main content

Dwar in-Networks

Flag of Croatia
Il-Kroazja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
(in civil and commercial matters)

Fir-Repubblika tal-Kroazja, 2 punti ta’ kuntatt joperaw taħt in-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.

Il-punti ta’ kuntatt huma impjegati fid-Direttorat għall-Affarijiet Ewropej, il-Kooperazzjoni Internazzjonali u Ġudizzjarja u l-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni, fid-Dipartiment għall-Assistenza Legali Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja fil-Materji Ċivili tal-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni u t-Trasformazzjoni Diġitali tar-Repubblika tal-Kroazja.

Il-punti ta’ kuntatt fid-Dipartiment ta’ hawn fuq għandhom diversi uffiċjali li jgħinuhom sabiex il-ħidma taħt in-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (NĠE) fil-fatt titwettaq permezz ta’ ħidma f’tim fi ħdan id-Dipartiment għall-Assistenza Legali Internazzjonali u għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja fil-Materji Ċivili, li huma jwettqu flimkien ma’ ħidma oħra fi ħdan id-Dipartiment.

Għalkemm il-Kroazja ma għandhiex network nazzjonali formali, il-punti ta’ kuntatt jikkooperaw mal-imħallfin u ma’ esperti oħrajn mill-Ministeru għall-Ġustizzja u ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn, ma’ professuri tal-liġi, ma’ nutara u ma’ esperti u prattikanti oħrajn f’oqsma legali differenti. Il-Ministeru għax-Xogħol, għas-Sistema tal-Pensjonijiet, għall-Familja u għall-Politika Soċjali huwa involut ukoll fl-operat tan-network u, bħala awtorità ċentrali għal xi regolamenti, huwa jipparteċipa b’mod attiv fil-laqgħat tan-network organizzat mill-Kummissjoni Ewropea. In-network huwa miftuħ għall-professjonisti legali kollha li jixtiequ u li huma interessati li jipparteċipaw fl-applikazzjoni tal-istrumenti legali Ewropej fil-Kroazja.

Il-komunikazzjoni fil-Kroazja ssir permezz tal-posta elettronika u bit-telefown, u jsiru laqgħat kif xieraq.

Il-komunikazzjoni mal-punti ta’ kuntatt fi Stati Membri oħrajn titwettaq permezz tal-posta elettronika, u l-punti ta’ kuntatt u membri oħrajn tan-network jipparteċipaw b’mod regolari fil-laqgħat tan-NĠE li huma organizzati mill-Kummissjoni Ewropea.

Billi l-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni huwa l-awtorità ċentrali għar-regolamenti individwali, il-punti ta’ kuntatt jaqdu l-funzjonijiet tal-awtorità ċentrali, jittrażmettu u jwieġbu d-domandi tal-punti ta’ kuntatt minn Stati Membri oħra (f’kooperazzjoni mal-imħallfin u ġuristi u esperti oħra, f’każ ta’ bżonn), jikkomunikaw id-data mitluba lill-Kummissjoni u jwettqu l-ħidma meħtieġa għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fil-portals rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea. Il-punti ta’ kuntatt iqassmu l-pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea lill-qrati, lill-membri tal-pubbliku u lil gruppi oħrajn fil-mira u jirsistu sabiex in-network jingħata viżibbiltà akbar.

Kuntatt: EJNcontact@mpu.hr

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna