Punti ta’ kuntatt u membri tan-Network fin-Netherlands
Fin-Netherlands ġie stabbilit punt ta’ kuntatt ċentrali fil-Ministeru tas-Sigurtà u l-Ġustizzja. Ġie appuntat ukoll punt ta’ kuntatt għall-materji ta’ ġuriżdizzjoni.
Flimkien mal-punti ta’ kuntatt, l-assoċjazzjonijiet professjonali għall-professjonijiet ġuridiċi liberi (avukati, servizzi notarili u marixxalli tal-qorti) huma wkoll membri tan-Network.
Abbażi ta’ diversi regolamenti (inkluż ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003, ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1393/2001), l-awtoritajiet ċentrali huma wkoll membri tan-Network.
Il-komunikazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea (f’dan il-każ, is-segretarjat tan-NĠE-ċivil) normalment isseħħ permezz tal-punt ta’ kuntatt ċentrali. Dan jiggarantixxi li, fejn ikun ta’ rilevanza, l-informazzjoni u l-mistoqsijiet jaslu għand l-awtorità t-tajba.
Il-punti ta’ kuntatt u l-membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet ċentrali, ta’ sikwit jikkomunikaw direttament bejniethom u mal-punti ta’ kuntatt u l-membri fi Stati Membri oħra.
Il-membri jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-laqgħat tan-Network, skont il-punti li jkun hemm fuq l-aġenda.
Il-punti ta’ kuntatt u l-membri Netherlandiżi jorganizzaw ukoll laqgħa annwali. Din il-laqgħa sservi ta’ opportunità għad-diskussjoni tal-attivitajiet tan-Network u għall-eżaminar ta’ oqsma li fihom jista’ jsir titjib fil-komunikazzjoni reċiproka.