In-netwerk ġudizzjarju Taljan huwa bbażat fil-Ministeru tal-Ġustizzja Taljan, fl-Uffiċċju għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali fid-Dipartiment tal-Affarijiet Ġudizzjarji tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja- SETTUR ĊIVILI (Ministero della Giustizia – Dipartimento per gli Affari di Giustizia – Direzione Generale degli Affari internazionali e della Cooperazione Giudiziaria – Ufficio I Cooperazione Giudiziaria Internazionale - SETTORE CIVILE).
Bħalissa hemm erba’ punti ta’ kuntatt, tnejn fil-Ministeru tal-Ġustizzja; imħallef u direttur amministrattiv; wieħed fil-Qorti ta’ Ruma (Tribunale di Roma) u wieħed fl-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti tal-Kassazzjoni (Procura generale presso la Corte di Cassazione).
Il-punti ta’ kuntatt huma f’kuntatt kostanti ma’ membri oħra tan-Netwerk, li magħhom jikkollaboraw fl-ipproċessar ta’ talbiet għal kooperazzjoni jew fit-tħejjija ta’ skedi informattivi prattiċi biex jiġu ppubblikati fuq il-Portal tal-Ġustizzja elettronika.
Il-membri l-oħra tan-netwerk Taljan huma:
id-Dipartiment tal-Ġustizzja għall-Minorenni u tal-Komunità (Dipartimento per la giustizia minorile e di comunità);
- id-Direttorat Ġenerali għas-Sistemi ta’ Informazzjoni Awtomatizzati (Direzione generale per i sistemi informativi automatizzati, punt ta’ kuntatt għall-Portal tal-Ġustizzja Elettronika);
- l-awtorità ċentrali għan-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji;
- il-Kamra Nazzjonali tal-Avukati (Consiglio Nationale Forense) u
- il-Kunsill tan-Nutara Taljan (Consiglio Italiano del Notariato).
Il-punti ta’ kuntatt għan-NĠE għandhom ukoll rabtiet ma’:
- il-Kulleġġ Ġudizzjarju (Scuola Superiore della Magistratura);
- il-fergħa Taljana tan-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC Net);
- l-istruttura tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) fl-Italja u
- Aldricus.
Bħala regola, il-membri Taljani tan-Netwerk jiltaqgħu darba fis-sena.
Il-punti ta’ kuntatt jipprovdu assistenza lill-qrati u lill-uffiċjali legali li jittrattaw kwistjonijiet transfruntiera.
Il-pubblikazzjonijiet kollha mibgħuta mill-Kummissjoni (fuljetti, sommarji ta’ informazzjoni, eċċ.) jitqassmu lill-qrati, lill-uffiċjali legali u lill-partijiet ikkonċernati.
Xi drabi, il-punti ta’ kuntatt jirċievu delegazzjonijiet minn Stati Membri oħra li jżuru l-Italja bħala parti mit-taħriġ ġudizzjarju tagħhom.
Qed issir referenza għan-Netwerk fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja: https://www.giustizia.it/giustizia/it/mg_2_1_2_1.wp?previsiousPage=mg_14_7
Lista ta’ awtoritajiet li jittrattaw ir-regolamenti l-aktar rilevanti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali:
- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001;
- Id-Direttiva 8/2003 dwar l-għajnuna legali.
Fiż-żewġ każijiet, l-awtorità ċentrali fl-Italja hija:
Ministry of Justice
Department of Judicial Affairs
Directorate-General for International Affairs and Judicial Cooperation - Office I - Civil Sector (International Judicial Cooperation).
Via Arenula, 70
00186 Rome
Telefon: +39 06 68852633 +39 06 68852180
Email: cooperation.dginternazionale@giustizia.it
- Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika ta’ dokumenti:
L-awtorità ċentrali fl-Italja hija:
Uffiċċju Uniku tal-Uffiċjali Ġudizzjarji fil-Qorti tal-Appell ta’ Ruma (Ufficio Unico degli Ufficiali Giudiziari presso la Corte d’Appello di Roma)
Viale Giulio Cesare, 52
00192 Ruma
Telefon: +39 06 328361
Fax: +39 06 328367933
- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 (“Brussell IIa”)
- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 (obbligi ta’ manteniment)
L-awtorità ċentrali fl-Italja hija:
Ministry of Justice
Department of Juvenile and Community Justice
Via Damiano Chiesa, 24
00136 Rome
Telefon: +39 06 68188 535/331/326
Fax: +39 06 68808085