Skip to main content

Studju ta’ każ 3 – liġi tal-familja – manteniment - L-Irlanda Ta’ Fuq

L-Irlanda ta’ fuq

F’dan l-istudju dwar il-liġi tal-familja – manteniment, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-parti li tiftaħ il-kawża dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin: Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Żewġ persuni ilhom jgħixu flimkien għal għadd ta’ snin, mingħajr ma żżewwġu.  Għandhom wild ta’ tliet snin meta jisseparaw. Deċiżjoni tal-qorti tagħti l-kustodja tal-wild lill-omm. L-unika kwistjoni pendenti hija dwar l-ammont ta’ manteniment li għandha tieħu l-omm mingħand il-missier għas-sostenn u l-edukazzjoni tal-wild. L-omm tiftaħ kawża dwar dan. Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali fejn inti avukat fi Stat Membru A: Żewġ persuni kienu qed jgħixu flimkien fi Stat Membru (Stat Membru B). Għandhom wild ta’ tliet snin. Jisseparaw. Deċiżjoni tal-qorti fi Stat Membru B tagħti l-kustodja tal-wild lill-omm. Bi qbil mal-missier, l-omm u l-wild imorru jgħixu fi Stat Membru ieħor (Stat Membru A), fejn jistabbilixxu r-reżidenza tagħhom. Għad hemm kwistjoni pendenti.  Din hija dwar l-ammont ta’ manteniment li għandha tieħu l-omm mingħand il-missier għas-sostenn u l-edukazzjoni tal-wild. L-omm tiftaħ kawża dwar dan fi Stat Membru A.

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Irlanda ta’ fuq
Flag of Northern Ireland

Punti Importanti li wieħed għandu jinnota dwar l-informazzjoni provduta

Wieħed għandu jinnota  li mhuwiex possibbli li jingħataw spejjeż definittivi u l-kwistjonijiet inklużi hawn taħt huma indikattivi biss. Fejn possibbli, ġew inklużi drittijiet attwali għal xi aspetti tal-proċessi iżda dawn għandhom jitqiesu bħala gwida biss. Id-drittijiet spiss jiddependu fuq il-grad tal-qorti użata u l-passi involuti fil-każ individwali. Lista sħiħa tad-drittijiet tal-qorti mitluba tista’ tinsab fis-sit elettroniku tas-Servizz tal-Qorti tal-Irlanda ta' Fuq.

Fl-istudju tal-każ B, mhuwiex ċar jekk diġà teżistix ordni fl-Istat Membru B. Jekk iva, jidher illi dan huwa l-infurzar ta’ dik l-ordni u bħala tali tinvolvi l-Att dwar Ordnijiet ta’ Manteniment (Infurzar Reċiproku) 1972 u leġiżlazzjoni u trattati oħrajn applikabbli. Għalhekk mhuwiex possibbli li wieħed jipprovdi informazzjoni ġenerika dwarl-ispejjeż eċċ għaliex dan jiddependi fuq il-pajjiżi involuti u r-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri.

Spejjeż indikattivi fl-Irlanda ta’ Fuq

Spejjeż indikattivi għall-Qorti, Appelli u Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim


 Studju ta’ każ

Il-Qorti

Drittijiet inizjali tal-Qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Każ A

Rikors għal provvediment finanzjarju (ħlas perjodiku u/jew somma waħda)

Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja – £50

Ċentru tal-Kura tal-Familja– £75

Qorti l-Għolja (High Court) £100

Drittijiet huma ta’ £0.78 kull folja jew rekordjar bis-CD tal-awdjo, £25 fis-siegħa (jekk il-proċedimenti huma rrekordjati)

Fil-Qorti tal-Proċedimenti tal-Familja, notifika ta’ taħrika hija £10 jew għal notifika personali £13

u

dokumenti addizzjonali

£3 kull wieħed

Każ B




Spejjeż indikattivi tal-avukat, tal-marixxall u tal-espert


Studju ta’ każ

Avukat

Marixxall

Espert

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż ta’ qabel is-sentenza

Spejjeż ta’ wara s-sentenza

L-użu huwa mandatorju?

Spiża

Każ A

Le – iżda l-kawżi tal-Qorti l-Għolja normalment huma aktar kumplessi

M/M

M/A

-

-

Le

M/M

Każ B




Spejjeż indikattivi għall-kumpens tax-xhieda, rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn rilevanti


Studju ta’ każ

Il-kumpens tax-xhieda

Rahan jew garanzija

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spiża

Dan jeżisti u meta u kif jintuża jekk jeżisti?

Spiża

Każ A

Telf ta’ dħul eċċ jista’ jiġi permess skont id-diskrezzjoni ġudizzjarja jew jiġi miftiehem bejn il-partijiet

Dan jista’ jitqies bħala applikazzjoni għal ordni tal-iffriżar fir-rigward tal-assi.

Jekk iva, drittijiet kif murija

Qorti l-Għolja–

£200

Qorti tal-Kontea (County Court) –

£115

Każ B




Spejjeż indikattivi għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra



Studju ta’ każ

Għajnuna Legali

Meta u taħt liema kundizzjonijiet tgħodd?

L-appoġġ meta huwa sħiħ

Kundizzjonijiet?

Każ A

Jistgġu jingħataw fondi biex jiġu ttrattati kwistjonijiet anċillari bħall-manteniment, bla ħsara għat-testijiet standard tal-mezzi u tal-merti

Ara xellug

Ara xellug

Każ B

Jekk il-kawża tinstema’ fl-Irlanda ta’ Fuq, jgħoddu t-testijiet normali tal-mezzi u tal-merti.

Ara xellug

Ara xellug





 Studju ta’ każ

Rifużjoni

Tista' l-parti rebbieħa tikseb ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix totali x'perċentwali tkun inġenerali

Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi?

Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali għandha tiġi rifuża lil xi organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali

Każ A

Dawn l-ispejjeż normalment ikunu inklużi fi kwalunkwe ftehim bejn il-partijiet jew kif jordna l-imħallef.

M/M

L-ispejjeż kollha għandhom il-potenzjal li jkunu inklużi bħala parti minn ordni tal-qorti

Il-klijenti  jistgħu jkunu responsabbli li jħallsu kontribuzzjoni, li tiddependi fuq id-dħul u l-kapital tagħhom (ara l-Istudju ta’ Każ 1A)

Każ B

Bħal fuq




Spejjeż indikattivi għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni


Studju ta’ każ

Traduzzjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Każ A

Jekk id-dokumenti li se jitressqu l-qorti mhumiex bl-Ingliż

Il-fornitur tas-servizzi tagħna ma għandux rata speċifika għal kull paġna, għaliex kull kariga tintbagħat lit-tradutturi fuq bażi tad-disponibbiltà eċċ., u r-rati huma differenti skont il-lingwa mitluba.

Il-medja għal dokument ta’ 2 paġni lejn il-Pollakk, Russu, Litwan, Latvjan, Slovakk, Portugiż u Kantoniż kienet ta’ £120 + VAT. Għal dokument ta’ 10 paġni lejn il-Pollakk, l-ispiża kienet ta’ £355 + VAT u għall-verifika indipendenti tad-dokumenti, ġie kkwotat prezz ulterjuri ta’ £105 + VAT

Każ B




Studju ta’ każ

Interpretazzjoni        

Spejjez oħra speċifiċi għal tilwim transkonfinali?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Spiża approssimattiva?

Każ A

Jekk il-partijiet jew ix-xhieda ma jitkellmux jew ma jifhmux bl-Ingliż

£125 għal mhux aktar minn 3 sigħat

Spejjeż assoċjati man-notifika tad-dokumenti

Skont fejn trid issir in-notifika, metodi aċċettabbli ta’ notifiki fl-Istat Membru l-ieħor, u kemm-il attentat ta’ notifika huwa meħtieġ

Każ B


Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna