Skip to main content

Servizz ta' dokumenti: trasmissjoni uffiċjali ta’ dokumenti legali

Jekk inti involut fi proċediment ġuridiku u għandek bżonn tibgħat u/jew tirċievi dokumenti ġuridiċi jew extraġudizzjarji, hawnhekk tista’ ssib l-informazzjoni nazzjonali dwar kif għandek tipproċedi.

Ir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) (riformulazzjoni) ifittex li jtejjeb u jħaffef it-trażmissjoni tad-dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali għan-notifika bejn l-Istati Membri. Ir-Regolament issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 mill-1 ta’ Lulju 2022.

Madankollu, is-sistema tal-IT deċentralizzata bħala mezz obbligatorju ta’ komunikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni u l-wasla ta’ talbiet, formoli u komunikazzjoni oħra se tibda tapplika biss mill-1 ta’ Mejju 2025 (l-ewwel jum tax-xahar wara l-perjodu ta’ tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal- att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 25 (għal aktar dettalji ara l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2020/1784)).

Ir-regolament jipprovdi proċedura għan-notifika ta’ dokumenti permezz ta’ “aġenziji mittenti” u “aġenziji riċeventi” maħtura, bejn l-Istati Membri tal-UE, inkluża d-Danimarka.

Ir-Regolament jirreferi, pereżempju, għad-dokumenti ġudizzjarji bħaċ-ċitazzjonijiet li jinnotifikaw il-bidu tal-proċedimenti, l-appelli, in-noti ta’ eċċezzjonijiet, l-inġunzjonijiet jew għad-dokumenti extraġudizzjarji bħall-atti notarili li jkunu jridu jiġu nnotifikati f’pajjiż tal-UE li ma jkunx dak li fih inti tirrisjedi.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Ħolqa relatata

Notifika ta' dokumenti - notifiki tal-Istati Membri u għodda ta’ tfittxija li tgħin fl-identifikazzjoni tal-qorti /qrati /awtorità/ awtoritajiet kompetenti

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna