Skip to main content

Tradutturi/Interpreti legali

Iċ-Ċekja

Din it-taqsima tgħinek issib traduttur legali jew interpretu fir-Repubblika Ċeka.

Il-kontenut ipprovdut minn
Iċ-Ċekja
Flag of Czechia

X’toffri l-bażi tad-dejta Ċeka tal-esperti u l-interpreti?

Fil-bażi tad-dejta Ċeka tal-esperti u l-interpreti tista' tfittex persuni elenkati bħala esperti u interpreti - jiġifieri persuni awtorizzati li jwettqu attivitajiet esperti u ta' interpretazzjoni. Il-listi tal-esperti u l-interpreti miżmuma mill-qrati reġjonali individwali jinqasmu f'taqsima għall-esperti u f'oħra għall-interpreti. Kull interpretu fil-lista tal-esperti u l-interpreti huwa awtorizzat jipprovdi interpretazzjoni orali u traduzzjonijiet miktuba fil-lingwa rilevanti li jkun elenkat taħtha.

Il-bażi tad-dejta Ċeka tal-esperti u l-interpreti hija l-proprjetà tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka li jieħu ħsiebha wkoll. Madankollu, il-qrati reġjonali rilevanti huma responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta Ċeka tal-esperti u l-interpreti hija mingħajr ħlas?

L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.

Kif tagħmel tiftixa għal interpretu legali fil-bażi tad-dejta Ċeka tal-esperti u l-interpreti

Bl-użu tas-sistema tat-tiftix sempliċi pprovduta, tista’ tfittex id-dettalji ta’ kuntatt (u dettalji oħrajn) ta’ esperti u interpreti onlajn. L-interpreti jistgħu jiġu mfittxija skont il-lingwa li jkunu awtorizzati jinterpretaw fiha, skont il-qasam tal-ġuriżdizzjoni tal-qorti reġjonali fejn jgħixu jew skont l-isem u l-kunjom.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna