Skip to main content

Tradutturi/Interpreti legali

Ġermanja

Din il-paġna tgħinek issib traduttur u interpretu legali fil-Ġermanja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Ġermanja
Flag of Germany

Kif tista’ ssib traduttur jew interpretu legali fil-Ġermanja?

Il-bażi ta’ dejta standard Ġermaniża tat-tradutturi u l-interpreti telenka t-tradutturi u l-interpreti kollha li huma ġuramentati uffiċjalment, ċertifikati u/jew li jaħdmu f’kapaċità ta’ servizz pubbliku fl-istati federali (Länder) tal-Ġermanja.

Kull Land Ġermaniża tiddetermina l-kriterji għat-tradutturi u l-interpreti biex dawn jiġu ġuramentati uffiċjalment, jew ċertifikati, jew jaħdmu f’kapaċità ta’ servizz pubbliku, għalhekk jeżistu rekwiżiti speċifiċi għal kull Land.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta Ġermaniża tat-tradutturi u l-interpreti huwa bla ħlas?

Iva.

Kif tista’ tfittex traduttur jew interpretu legali fil-Ġermanja?

Huwa possibbli li tfittex interpreti u tradutturi speċifiċi permezz ta’ waħda jew aktar minn dawn il-kriterji: isem, muniċipalità, lingwa. Jekk tagħżel entrata speċifika mir-riżultati għat-tfittxija, jitilgħu wkoll dettalji addizzjonali (pereżempju, il-lingwi li jħaddem it-traduttur/l-interpretu u d-dettalji ta’ kuntatt).

Ħoloq relatati

Il-bażi ta' dejta tal-interpreti legali (justiz-dolmetscher.de)

Il-bażi ta' dejta tat-tradutturi legali (justiz-dolmetscher.de)

Il-bażi ta' dejta tal-interpreti tal-qorti (justiz-dolmetscher.de)

Il-bażi ta' dejta tat-tradutturi tal-qorti (justiz-dolmetscher.de)

Il-portal tal-interpreti tal-qorti (gerichtsdolmetscherverzeichnis.de)

Il-portal tat-tradutturi tal-qorti (gerichtsuebersetzerverzeichnis.de)

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna