X’informazzjoni hija miżmuma fir-reġistru tal-interpreti ġuramentati tas-Slovenja?
Il-Ministeru għall-Ġustizzja jiġġestixxi r-reġistru tal-interpreti ġuramentati. Id-dritt Sloven ma jagħmilx distinzjoni bejn interpreti u tradutturi. L-interpreti ġuramentati kollha jridu jkunu kapaċi kemm jinterpretaw kif ukoll jittraduċu.
Ir-reġistru tal-interpreti ġuramentati jinkludi d-data li ġejja, li kollha hija pubblika:
- Kunjom
- Isem/ismijiet
- Indirizz
- Kodiċi Postali
- Raħal/Belt
- Telefon
- Posta elettronika
- Lingwa
Ir-reġistru jinkludi wkoll xi informazzjoni li ma hijiex disponibbli għall-pubbliku:
- It-titolu professjonali
- Data tal-ħatra
- Professjoni
- Data u post tat-twelid
- Nru tal-identità
- Dettalji tal-impjieg jew status ieħor
L-aċċess għall-bażi tad-data tal-interpreti ġuramentati tas-Slovenja huwa mingħajr ħlas?
Iva. L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas.
Kif issib interpretu ġuramentat fis-Slovenja
Il-bażi tad-data ta’ interpreti ġuramentati għandha magna tat-tiftix integrata b’aċċess għad-data kollha disponibbli pubblikament, li tagħmel possibbli tiftixa bil-parametri li ġejjin:
- Isem/ismijiet
- Kunjom
- Raħal/Belt
- Telefon
- Lingwa
Ir-riżultati tat-tiftix jistgħu jiġu ffiltrati b’lingwa (waħda).