Kif issib traduttur legali fl-Estonja
Ir-reġistru ta' tradutturi ġuramentati Estonjani jipprovdi informazzjoni dwar tradutturi ġuramentati u d-dettalji biex tikkuntattjahom.
Ir-Reġistru huwa proprjetà tal-Ministeru tal-Ġustizzja Estonjan, u jiġi aġġornat minnu.
Irid isir xi ħlas biex jingħata aċċess għar-reġistru tat-tradutturi?
Le, l-aċċess għar-reġistru tat-tradutturi Estonjani huwa bla ħlas.
Kif issib traduttur legali
M'hemmx mod speċjali kif tfittex għat-tradutturi. Il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja tipprovdi lista tal-lingwi tat-traduzzjoni minn fejn tista' tagħżel. Ladarba tkun għażilt il-lingwa li teħtieġ, titlagħlek lista ta' ismijiet u d-dettalji biex tikkuntattja lit-tradutturi li huma kkwalifikati biex jaħdmu minn u għal dik il-lingwa.