Skip to main content

Tradutturi/Interpreti legali

Il-Latvja
Il-kontenut ipprovdut minn
Il-Latvja
Flag of Latvia

Il-qorti tipprovdi għad-dritt tal-partijiet fi proċedimenti ċivili li qed jirċievu għajnuna legali mill-istat f’kawża jew li huma eżentati mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti, biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-materjali tal-kawża u jipparteċipaw fil-proċedimenti bl-għajnuna ta’ interpretu jekk ma jkollhomx ħakma tal-lingwa tal-proċedimenti.

Il-qorti tipprovdi għad-dritt tal-partijiet fi proċedimenti amministrattivi li ma jkollhomx ħakma tal-lingwa li biha jkunu qed isiru l-proċedimenti – bl-eċċezzjoni tar-rappreżentanti ta’persuni ġuridiċi – li jiffamiljarizzaw ruħhom mal-materjali tal-kawża u jipparteċipaw fil-proċediment bl-għajnuna ta’ interpretu.

Qorti tista’ tiddeċiedi wkoll fid-diskrezzjoni tagħha stess li tipprovdi interpretu għal persuna ġuridika.

Fi proċedimenti kriminali, persuni li jkollhom id-dritt għal difiża, il-vittmi u r-rappreżentanti tagħhom, ix-xhieda, l-ispeċjalisti, l-esperti, l-awdituri u persuni oħra msejħa biex jipparteċipaw mill-uffiċjal li jkun qiegħed imexxi l-proċedimenti, fejn dawn il-persuni ma jkollhomx ħakma tal-lingwa uffiċjali tal-Istat, huma intitolati matul l-azzjoni proċedurali li jużaw lingwa li jkunu jafu u li jinvolvu interpretu għall-assistenza bla ħlas, u s-servizzi tal-interpretu jkunu pprovduti mill-uffiċjal li jkun qed imexxi l-proċedimenti. Fil-proċedimenti ta’ qabel il-proċess, l-imħallfin jew il-qrati inkwirenti jipprovdu għall-preżenza ta’ interpretu għall-aġġudikazzjoni ta’ kwistjonijiet li fuqhom għandhom ġuriżdizzjoni dawk l-imħallfin jew il-qrati inkwirenti.

Fil-Latvja, ma hemm l-ebda lista unika/uffiċjali ta’ interpreti jew regolament dwar interpreti/tradutturi, iżda hemm regoli li jistabbilixxu proċedura li biha traduzzjoni ta’ dokument fil-lingwa nazzjonali tista’ tiġi awtentikata, jekk ma jkun hemm l-ebda rekwiżit bil-liġi li tiġi ppreżentata traduzzjoni notarili awtentikata ta’ dokument jew l-ebda proċedura oħra ma tkun prevista fil-liġi.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna