X’toffri l-bażi tad-data tat-tradutturi Pollakki?
Il-Polonja għandha:
- lista ta’ tradutturi u interpreti ġuramentati miżmuma mill-Ministeru għall-Ġustizzja Pollakk
- bażi tad-data ta’ tradutturi u interpreti ġestita mill-Assoċjazzjoni tat-Tradutturi u l-Interpreti Pollakki
- lista ta’ tradutturi u interpreti miżmuma mill-Assoċjazzjoni Pollakka ta’ Tradutturi Ġuramentati u Speċjalizzati (TEPIS)
- bażi tad-data ta’ tradutturi u interpreti tal-Assoċjazzjoni Baltika tat-Tradutturi u l-Interpreti
- lista ta’ tradutturi u interpreti miżmuma mill-Assoċjazzjoni tat-Tradutturi u l-Interpreti ta’ Lubelskie
L-aċċess għall-bażi tad-data tat-tradutturi Pollakki huwa mingħajr ħlas?
Iva, l-aċċess għall-bażijiet tad-data huwa mingħajr ħlas.
Kif tfittex traduttur jew interpretu legali fil-Polonja
Bażi tad-data ta’ tradutturi u interpreti ġuramentati
Il-bażi tad-data ta’ tradutturi u interpreti ġuramentati tippermettilek tfittex traduttur jew interpretu skont:
- Il-kunjom
- It-tip ta’ traduzzjoni
- Il-belt
- Il-lingwa
Bażi tad-data ta’ tradutturi u interpreti
Tista’ tagħmel tiftixa fil-bażi tad-data tat-tradutturi u l-interpreti skont:
- Il-kunjom
- Il-belt
- Il-lingwa
- L-ispeċjalità (interpretazzjoni, traduzzjoni letterarja, traduzzjoni legali).