Il-proċedimenti ta' insolvenza jvarjaw skont l-għanijiet tagħhom:
Kumpaniji
- Jekk il-kumpanija tkun tista’ tiġi salvata jew in-negozju jkun vijabbli – id-djun tagħha jistgħu jiġu ristrutturati (normalment bi qbil mal-kredituri). Dan isir biex titħares il-kumpanija u jinżammu l-impjiegi.
- Jekk in-negozju ma jkunx jista' jiġi salvat, il-kumpanija trid tiġi stralċata ("tfalli").
Imprendituri
- L-imprendituri jistgħu normalment japplikaw għal proċedura li tinvolvi pjan ta' ħlas lura ordinat għad-djun tagħhom u ħelsien mid-dejn wara perijodu raġonevoli ta’ żmien (normalment 3 snin). Dan jiżgura li ma jfallux personalment u jkunu jistgħu jibdew negozji oħra fil-futur.
F'kull każ, hekk kif il-proċedimenti jinfetħu formalment, il-kredituri ma jkunux jistgħu jiftħu kawża individwali biex jirkupraw il-flus dovuti lilhom. Dan isir biex ikun żgurat li l-kredituri kollha jiġu ttrattati bl-istess mod u li l-assi tad-debitur ikunu mħarsa.
Biex jitħallsu, il-kredituri jridu jippruvaw il-pretensjonijiet tagħhom, jew lill-qorti jew lill-korp (ġeneralment amministratur jew likwidatur) responsabbli għar-riorganizzazzjoni jew għal-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur. F'ċirkostanzi speċifiċi, dan jista’ jsir mid-debitur innifsu.
Insolvenza transfruntiera (ir-regoli tal-UE)
Il-każijiet ta' insolvenza li jinvolvu kumpaniji jew imprendituri b'attivitajiet, assi jew interessi f'bosta pajjiżi jistgħu jkunu solvuti skont id-dritt tal-UE – speċifikament ir-Regolament 2015/848 (hawnhekk issib taqsira ta' kif jaħdem).
Formoli msemmijin fir-Regolament 2015/848
- Avviż ta' proċedimenti ta' insolvenza (301 KB)
- Tressiq ta' pretensjonijiet (305 KB)
- Oġġezzjoni fir-rigward ta' proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp (348 Kb)
Proċeduri nazzjonali
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.
Ħolqa relatata